Il-Vatikan bi Struzzjonijiet ġodda għal nisa f’ħajja kontemplattiva

Print Friendly, PDF & Email

Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li l-Vatikan ippublika sett ta’ struzzjonijiet b’normi ġodda għall-ordnijiet tas-sorijiet kontemplattivi biex jinkoraġixxi l-kooperazzjoni bejn il-ministeri u jsalva dawk il-monasteri li għandhom biss ftit membri

Id-dokument intitolat “Qlub Jitolbu” isegwi struzzjonijiet li l-Papa Franġisku kien ħareġ fl-2016 permezz ta’ dokument ieħor imsejjaħ “Infittxu Wiċċ Alla”. Dawn iż-żewġ dokumenti huma ntiżi biex iħarsu l-identita’ u l-missjoni tas-sorijiet kontemplattivi.

L-istruzzjonijiet il-ġodda maħsuba biex jimlew il-vojt li ħalliet il-Kostituzzjoni Apostolika “Sponsa Christi” tal-Papa Piju XII maħruġa fl-1950.

L-Arċisqof José Rodríguez Carballo, Segretarju tal-Kongregazzjoni għall-Istituti ta’ Ħajja Konsagrata li bidla importanti titlob li ministeru jew komunita ta’ nisa kontempalattivi li jrid ikollhom almenu tmien nisa reliġjużi professi, biex iżommu l-awtonomija tagħhom.

Jekk dan in-numru jinżel sa’ ħamsa ma jkollhomx dritt jeleġġu superjura. F’dan il-każ irid ikun infurmat il-Vatikan u jinħatar amministratur biex jara jekk id-diffikultajiet tal-komunita’ jkunux ta’ natura ‘temporanja’ jew ‘irriversibbli’.

Il-monasteri kollha issa jridu jkunu jiffurmaw parti minn Federazzjoni biex b’hekk tkun faċilitata’ l-informazzjoni, il-qsim tal-assi u jkollhom skambji bejn il-membri tagħhom. Il-monasteri kollha ngħataw sena żmien biex jirregolarizzaw ruħhom mal-istruzzjonijiet il-ġodda.

Ir-regoli l-ġodda tfasslu fuq risposti li taw l-istess komunitajiet tar-reliġjużi nisa kontemplattivi għal kwestjonarju li kien intbagħtilhom ftit żmien ilu.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading