Ordinazzjoni Presbiterali f’Għawdex

Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018, fis-6.30pm, fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, se
tinżamm l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ JOSEPH HILI (mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni
Mqaddsa Marija, ix-Xagħra).  Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm ukoll Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 14 ta’ Ġunju, fit-8.00pm, fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria. Iż-żewġ ċelebrazzjonijiet sa jiġu mxandra fuq Radju Marija 102.3/107.8 FM. Continue reading Ordinazzjoni Presbiterali f’Għawdex

Lectio Divina għall-Festa tal-Ġisem u Demm tal-Mulej. Sena “B”

Vanġelu (Mk 14, 12-16, 22-26): Fl-Aħħar Ċena Ġesu, wara li qasam il-ħobż u offra l-kalċi bl-inbid lid-dixxipli, tahom kmand: “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Fl-ewwel sekli, il-komunitajiet kienu jiltaqgħu fid-djar fil-jum imsejjaħ “tax-xemx”, biex jobdu dal-kmand. Ma kienu jagħmlu l-ebda devozzjoni oħra ħlief dan il-qsim tal-ħobż. Kienu jiltaqgħu madwar il-mejda tal-ikel, f’atmosfera familjari, xejn pompa bħal, p.e. ir-riti tat-Tempju. Kien rit sempliċi, awtentiku u festiv għax kienu konxji tat-tifsira ta’ dak li kienu qed jagħmlu. Kien piuttost provokattiv ukoll għal dak iż-żmien meta jistqarru li qed jieħdu l-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesu. Mal-medda taż-żmien daħlu xi devozzjonijiet fuq l-Ewkaristija li ċajpru xi ftit is-sinifikat awtentiku ta’ dal-ġest li għamel Ġesu. L-aħħar Konċilju reġa’ afferma il-veru sinifikat u, biex aħna nagħmlu hekk ukoll, irridu nerġgħu lura għalli ġara dak in-nhar. Continue reading Lectio Divina għall-Festa tal-Ġisem u Demm tal-Mulej. Sena “B”

Il-missjoni, speċifikament missio ad gentes, tibqa sejħa permanenti għall-Knisja llum – President Opri Missjunarji Pontifiċji

Tiftaħ l-assemblea ġenerali tal-Opri Missjunarji Pontifiċji li ser issir bejn it-28 ta’ Mejju u t-2 ta’ Ġunju. Aqra l-indirizz tal-president tal-Opri hawn: http://www.fides.org/en/news/64260-VATICAN_President_of_the_PMS_mission_specifically_missio_ad_gentes_remains_a_permanent_call_for_the_Church_today

Continue reading Il-missjoni, speċifikament missio ad gentes, tibqa sejħa permanenti għall-Knisja llum – President Opri Missjunarji Pontifiċji

Niċħdu l-ħafna ‘biċċiet’ ta’ ħajja komda, il-veru ferħ nisrani huwa l-paċi

It-Tnejn 28 ta’ Mejju, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-ferħ huwa n-nifs tan-Nisrani. Ferħ magħmul minn paċi vera u mhux qarrieqa kif inhi dik li qed tofffrilna l-kultura tal-lum, li dejjem tivvinta l-ġdid għad-divertiment tagħna.

Continue reading Niċħdu l-ħafna ‘biċċiet’ ta’ ħajja komda, il-veru ferħ nisrani huwa l-paċi