Festa tal-Madonna tal-Karmnu għand is-Sorijiet Karmelitani, Kerċem.


Programm-Stedina Għall-Festa Tal-Madonna tal-Karmnu fil-Kappella tas-Sorijiet Karmelitani Ta’ Kerċem – Għawdex. Dati:-  7-16 ta’ Ġunju 2018.

Il-Ħamis 7 ta’ Ġunju : Bidu tan-Novena
Fis-6.45am: Kuljum matul-in-novena (barra fejn hemm indikat mod ieħor) Quddiesa bil-kant, Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu, Antifona “Flos Carmeli”, u Barka Sagramentali.

Il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju : Solennità` tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu`.
Fis-6.45am : Quddiesa bil-kant, Kurunella, Antifona, u Barka Sagramentali.
Fid-9.00am: Quddiesa għat-tfal tal-Iskola Santa Tereża mill-Kappillan il-Kan. Dun Brian Mejlak. Isir it-tiġdid tal-konsagrazzjoni tal-Iskola Santa Tereża lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu`.

Is-Sibt 9 ta’ Ġunju: Jum il-Morda u l-Anzjani.
Fis-7.00am: Quddiesa li fiha jsir talb ghall-anzjani u l-morda kollha tal-parroċċa. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.

Il-Ħadd 10 ta’ Ġunju: Jum Is-Sorijiet Karmelitani
Fis-7.00am: Quddiesa bit-Tifhir ta’ Sbiħ il-Jum integrat li tkun b’sufraġju tal-erwieħ tas-Sorijiet Karmelitani mejtin. Wara Kurunella, Antifona, u Barka Sagramentali.

It-Tnejn 11 ta’ Ġunju : Jum Ewkaristiku Marjan:
Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant, Kurunella, Antifona, u Barka Sagramentali.
Fid-9.00am: Espozizzjoni Solenni tas-SS.mu Sagrament għall-adorazzjoni mit-tfal tal-iskola. Mistiedna wkoll il-ġenituri.
Fl-10.30am: Purċissjoni Ewkaristika, Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu, u Barka Sagramentali li titmexxa minn Dun Franklin Vella.

It-Tlieta: 12 ta’ Ġunju : Jum it-Tfal tal-Ewwel Tqarbina
Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant, Kurunella, Antifona, u Barka Sagramentali
Fid-9.00am: Monsinjur Carmelo Gauci, Rettur tal-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fix-Xlendi, jmexxi quddiesa ghat-tfal tal-Year 3 li din is-sena irċevew jew ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina li fiha jlibbishom il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu.

L-Erbgha 13 ta’ Ġunju: Jum il-Benefatturi tal-Kunvent
Fis-6.45am: Quddiesa għall-benefatturi tal-Kunvent ħajjin u mejtin. Wara Kurunella, Antifona, u Barka Sagramentali.

Il-Ħamis 14 ta’ Ġunju : Jum ta’ Talb ghall-Vokazzjonijiet.
Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant, Kurunella, Antifona, u Barka Sagramentali.
Fis-6.00pm: Siegħa Adorazzjoni li fiha jsir talb għall-Vokazzjonijiet. L-Adorazzjoni titmexxa minn Sr Lucy Vella, Superjura tal-Karmelitani ta’ Kercem.

Il-Ġimgha 15 ta’ Ġunju: Lejlet il-Festa.
Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant.
Fis-6.30pm: Esposizzjoni tas-Santissimu Sagrament, kant tal-I Għasar, Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu, Antifona “Flos Carmeli”, talb għall-benefatturi tal-Kunvent, u Barka Sagramentali li titmexxa minn Mons. Karm Borg.

IS-SIBT 16 TA’ ĠUNJU : JUM IL-FESTA U JUM IT-TERZJARJI KARMELITANI
Fis-7.00am: Ufficcju tal-Qari u kant Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum li jitmexxa minn Mons. Karm Borg, Kappillan tas-Sorijiet.
Fil-5.30pm : Rużarju u Talb tat-Terzjarji
Fis-6.00pm: Quddiesa Konċelebrata bl-omelija dwar il-Vergni Mbierka tal-Karmelu minn Patri Alexander Scerri O.Carm, Rettur tas-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta
Wara Innu, Antifona “Flos Carmeli”, Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu u Barka Sagramentali.
Dawk kollha li jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni festiva wara jkunu mistiedna għall-bibita għand is-Sorijiet Karmelitani fis-sala tal-Iskola Santa Tereża.

Il-kant matul in-novena jitmexxa mis-Sorijiet Karmelitani waqt li nhar il-Festa jitmexxxa mill-“Kor Stella Maris” taħt id-direzzjoni ta’ Mro Carmel P. Grech.

F’Jum il-Festa, il-Kappella tkun miftuha għall-pubbliku l-ġurnata kollha.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.