Home > Aħbarijiet, Papa Franġisku > Ir-Rużarju hu t-talba l-aktar għall-qalb il-Papa

Ir-Rużarju hu t-talba l-aktar għall-qalb il-Papa


Ilbieraħ kien l-aħħar jum ta’ Mejju, ix-xahar dedikat lill-Madonna. Bħal kull sena, fil-ġonna tal-Vatikan issir purċissjoni “aux flambeaux” mill-knisja ta’ San Stiefnu tal-Abbisini sal-grotta, li hi replika ta’ dik ta’ Lourdes.

maxresdefault

“Ikkultivaw fikom id-devozzjoni lejn il-Madonna bir-Rużarju ta’ kuljum, sabiex bħal Omm Alla nilqgħu f’ħajjitna l-misteri ta’ Kristu u b’hekk inkunu dejjem aktar don ta’ mħabba għal kulħadd,” kien qal il-Papa Franġisku waqt l-udjenza tad-9 ta’ Mejju meta kien stieden talb speċjali għas-Sirja.

Bħal-predeċessuri tiegħu, il-Papa Franġisku minn dejjem wera mħabbtu lejn Marija. Dan għamlu mal-ħatra tiegħu bħala suċċessur ta’ Pietru meta qiegħed il-maġisteru tiegħu taħt il-ħarsien ta’ Marija “Salus Populi Romani”, bi żjara fil-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore, imma wkoll billi ferrex aktar fid-dinja d-devozzjoni lejn il-Madonna li tħoll l-Għoqod.

Fil-bosta talbiet li l-Papa għamel il Marija, per eżempju meta mar jagħti qima lill-Immakulata Kunċizzjoni fi Piazza di Spagna, Franġsiku dejjem saħaq dwar l-għajnuna li din Ommna toffri lil kulħadd biex jegħleb id-diffikultajiet tal-ħajja.

Waqt it-traslazzjoni tal-festa ta’ Maria Salus Populi Romani, f’Jannar li għadda, hu kien qal: “kemm-il darba qalbna tkun baħar fejn il-mewġ jitgerbeb u r-riħ tat-tħassib qatt ma jieqaf jonfoħ? Marija hi l-arka tas-salvazzjoni fid-dulluvju.”

Fi tmiem ix-xahar Marjan tal-2013, xahrejn biss wara l-ħatra tiegħu fuq it-Tron ta’ Pietru, il-Papa Franġisku kien għamel din it-talba sabiħa:

Marija, Omm tas-smigħ, iftħilna widnejna; agħmel li nagħrfu nisimgħu il-Kelma ta’ Ibnek fost il-ħafna diskors tad-dinja; agħmel li aħna nagħrfu nisimgħu r-realtà tal-ambjent li ngħejxu fih, ta’ kull persuna li niltaqgħu magħha, l-aktar il-fqir, fil-bżonn, f’diffikultà.

Marija, Omm il-konvinzjoni, dawwal moħħna u qalbna biex nagħrfu nobdu l-Kelma ta’ Ibnek Ġesù bla ma noqgħodu ntellgħu u nniżżlu; tina l-kuraġġ li nkunu deċiżi, li ma nitkaxkrux għax ikunu l-oħrajn li jorjentawlna ħajjitna.

Marija, mara ta’ azzjoni, agħmel li jdejna u riġlejna jiċċaqalqu bil-ħeffa biex jitlaqgħu mal-oħrajn ħalli nwasslulhom il-karità u l-imħabba ta’ Ibnek Ġesù, biex bħalek, inwasslu fid-dinja d-dawl tal-Vanġelu. Ammen.

Ħajr lill-kamra tal-aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: