Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Ix-xitan jeqred id-dinijità u jġib il-ġuħ u l-jasar

Ix-xitan jeqred id-dinijità u jġib il-ġuħ u l-jasar


Il-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Fl-omelija li għamel dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku għamel riflessjoni dwar il-persekuzzjonijiet fuq l-insara u fuq kull raġel u mara tal-lum li jsiru permezz tal-koloniżżazzjoni kulturali, il-gwerer, il-ġuħ, l-iskjavitù, kollha provokati mid-demonju.

 

Illum qed nassistu għal persekuzzjoni kbira mhux biss kontra l-insara imma wkoll kontra kull raġel u mara minħabba l-koloniżżazzjonijet kulturali, minħabba l-gwerer, minħabba l-ġuħ, minħabba l-jasar, għax dur, dur, id-dinja tal-lum hi dinja tal-iskjavi. Jalla l-Mulej itina l-grazzja li nitqabdu biex bil-qawwa ta’ Ġesù nerġgħu nirrestawraw l-immaġni ta’ Alla li jinsab fina lkoll.

Ir-riflessjoni tal-Papa kienet imnebbħa mill-ewwel qari meħud mill-ittra ta’ San Pietru, li jurina kif matul is-sekli l-persekuzzjopni kontra l-insara dejjem faqqgħet bħal ħuġġieġa. Din hi parti mill-ħajja nisranija, osserva l-Papa, u hi Beatitudni għax Ġesù, kien ippersegwitat minħabba l-fedeltà tiegħu lejn il-Missier.

Il-presekuzzjoni hi ftit jew wisq “ l-arja” li biha jgħejx in-nisrani llum ukoll, għax illum ukoll hemm bosta u bosta martri, bosta nies ippersegwitati għall-imħabba tagħhomm lejn Kristu. F’ħafna pajjiżi l-insara m’għandhomx drittijiet. Jekk ikollok fuqek is-salib tispiċċa ll-ħabs. Illum hemm nies ikkundannati għall-mewt għax huma nsara. In-nies maqtulin huma aktar fil-għadd minn dak tal-ewwel martri. Imma dan mhux aħabar. Il-mezzi tal-komunikazzjoni dan ma jgħiduhx, imma xorta waħda l-insara huma persegwitati.

Il-Papa kompla josserva li llum hemm tip ta’ persekuzzjoni oħra: kontra kull raġel u mara, għax huma xbieha ta’ Alla.

Wara kull persekuzzjoni kemm kontra l-insara u wkoll kontra l-bnedmin l-oħra, hemm ix-xitan, hemm id-demonju li qed jipprova jkisser l-istqarrija ta’ Kristu minn fost l-insara u l-immaġni ta’ Alla mill-bniedem. Mill-ewwel ix-xitan beda jwettaq dil-ħidma – narawh fil-ktieb tal-Ġenesi – mill-ewwel ried jeqred l-armonija bejn ir-raġel u l-mara ħolqien tal-Mulej, armonija mnissla mill-fatt li l-bniedem hu xbieha ta’ Alla.

Dal-pjan irnexxielu. Irnexxielu jwettqu bl-ingann u bis-seħer, bl-armi li jaf juża, għax dejjem hekk għamel. Illum ukoll hemm forza, anzi, qal Franġisku, hemm akkaniment kontra r-raġel u l-mara, għax inkella ma nistgħux nispjegaw għaliex għaddejja dil-mewġa ta’ qerda fost il-bnedmin.

Il-Papa semma’ l-ġuħ, inġustizzja li teqred lill-bniedem għax ma jkollux x’jiekol, minkejja li l-ikel fid-dinja hu abbundanti. Semma’ wkoll l-isfruttament uman, il-forom ta’ jasar. Franġsiku qal li dan l-aħħar ra filmat li ttieħed bil-moħbi f’ħabs fejn jinżammu maqfulin il-migranti li jisfaw torturati u mġiegħlin isiru skjavi. U dan kollu, osserva Franġisku, 70 sena wara li ħarġet id-dikjarazzjoni dwar id-drittijiet umani!

Il-punt li kompla jitkellem dwaru kien il-koloniżżazzjonijiet kulturali: imperi li jġegħelu pajjiżi sħaħ jaċċettaw kundizzjonijiet li jferu l-kultura tagħhom, l-indipendenza tagħhom bl-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet li jeqirdu, kundizzjonijiet li jġibu l-mewt. Infatti, osserva l-Papa, id-demonju hu propju dan li jrid: il-qerda tad-dinjità, u għalhekk jippersegwita.

Naħsbu wkoll dwar il-gwerer, issokta l-Papa, strument ta’ qerda tal-persuni, tax-xbieha t’Alla. Imma naħsbu wkoll f’min jagħmel il-gwerra, li jippjanaha biex jikseb is-setgħa fuq ħaddieħor.

Hemm nies li jistgħanu bl-industrija tal-armi qerrieda tal-umanità, li jeqirdu x-xbieha tar-raġel u l-mara, fiżikament, moralment u kulturalment. Tgħiduli, qal Franġisku: imma dawk mhumiex insara, għaliex huma persegwitati? Iva, huma xbieha t’Alla. Huwa għalhekk li d-demonju jippersegwita lilhom ukoll.

L-imperi jissuktaw bil-persekuzzjoni llum ukoll. Ma nistgħux nilgħabuha tal-boloħ. Illum fid-dinja, mhux l-insara biss huma persegwitati, imma l-bnedmin kollha, għax missier il-persekuzzjoni ma jaħmilx il-fatt li huma xbieha t’Alla. Għalhekk jattakka, jeqred dawk ix-xbiehat. Mhux faċli nifhmuha din, temm josserva l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, biex nifhmuha din jeħtiġilna nitolbu ħafna.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: