L-Arċisqof Scicluna mitlub jerġa’ jmur iċ-Ċilì


Fil-jiem li ġejjin, l-Arċisqof Charles Scicluna mistenni jerġa’ jmur iċ-Ċilì biex fuq talba tal-Papa Franġisku, ikompli jsegwi l-każ tal-abbużi sesswali. Dan ġie rappurtat illum fuq is-sit newsbook.com.mt

CURIA FILE PHOTO MAY 2018

 

Fi stqarrija mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, id-Direttur Greg Burke qal li bi ftehim mal-Papa Franġisku, l-Arċisqof Malti flimkien ma’ Mons. Jordi Bertomeu se jmorru fiċ-Ċilì biex imexxu ‘l quddiem il-proċess ta’ riparazzjoni u rijabilitazzjoni tal-vittmi tal-abbuż.

Ħmistax ilu, l-34 Isqof Ċilen li kienu fil-Vatikan għal laqgħat mal-Papa dwar l-iskandlu tal-abbuż sesswali fiċ-Ċilì offrew ir-riżenji tagħhom.

Din id-darba l-missjoni tagħhom se tkun iffukata fid-Djoċesi ta’ Osorno.

F’April li għadda, il-komunità tal-lajċi ta’ Osorno qalu li huma grati lejn l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna għar-rieda tiegħu biex imur iċ-Ċilì, biex jisma’ b’mod sinċier, u biex jiddjaloga ma’ kulħadd.

Sadanittant, id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan qal ukoll li l-Papa mistenni jibgħat personalment ittra bil-miktub lill-President tal-Konferenza Episkopali taċ-Ċili indirizzata lill-Poplu kollu ta’ Alla, kif kien wiegħed lill-Isqfijiet fil-ġranet li għaddew.

Ħajr lill-kamra tal-aħbarijiet ta’ Radju Marija.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.