Archive

Archive for June 4, 2018

Lectio Divina tal-10 Ħadd Matul Sena “B”

Vanġelu (Mk 3, 20-35): Is-silta tal-lum toħodna fil-bidu tal-ħajja pubblika ta’ Ġesu. Kien f’dar Kafarnahum mimlija nies li, tant kienu qed jissaħħru bi kliemu, li nsew imorru jieklu.  F’Nazaret qrabatu, minn flok ferħu b’dan, bdew jinkwetaw fuqu. Read more…

Categories: Lectio Divina, Ġenerali

Riflessjoni fuq il-Qalb ta’ Ġesù

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Meta Sidna Ġesù Kristu sar bniedem bħalna f’kollox barra mid-dnub kellu wkoll qalb. Iżda billi din il-qalb kienet tat-Tieni persuna tat-Trinità nagħtuha kult bħal ma nagħtu lil Alla. Read more…

Categories: Minn Angelo Xuereb

It-Talba li tibdel kollox: Il-Qawwa moħbija fit-Tifħir u l-Adorazzjoni

Minn Stormie Omartian

Wara li fis-17 ta’ Mejju 2018 konna ippublikjana din it-talba bl-Ingliz, issa bi pjaċir tagħna qed nippublikawha wkoll bil-Malti.  Miġjuba għall-Malti minn Josephine Debrincat.

Meta nfaħħru lil Alla nkunu qegħdin inneħħu l-attenzjoni minn fuqna u npoġġuha fuqu. It-tifħir iressaqna viċin Alla u permezz tiegħu nikkomunikaw l-imħabba tagħna lejH. Meta nfaħħru lil Alla nkunu qegħdin l-aktar qrib Tieghu li nistgħu nkunu. U l-verita’ hi  li inti issir dak li inti tadura!. Aktar ma tadura lil Alla aktar issir tixbhu ! Salm 22:3 jgħidilna “Alla jgħix fit-tifħir tal-Poplu tiegħu !.” Dan ifisser li kull darba li nfaħħru lil Alla, il-Preżenza tiegħu tiġi tgħammar ġewwa ħajjitna b’doża aktar qawwija – u l-akbar ħaġa li tiġri hi li l-Preżenza tiegħu tibdel kollox : Il-qalb tinbidel, il-moħħ jinbidel, l-attitudni tinbidel u l-mod ta’ ħajja li ngħixu jinbidel. Tista’ tassigura ruħek minn dan kollu: kull darba li tfaħħar lil Alla sejjer ikun hemm bidla ġewwa fik jew fiċ-ċirkustanzi tiegħek. Dan għaliex huwa impossibli li tiġi f’kuntatt mal-preżenza ta’ Alla  u ma jkunx hemm bidla. Ir-raġuni hi għaliex inti qiegħed tiġi f’kuntatt ma’ dak kollu li Alla hu u dak jaffetwa dak kollu li huwa int. Din hi r-raġuni għaliex it-tifħir huwa talb li tibdel kollox. Read more…

Categories: Spiritwalità

Tmiem is-Sena Pastorali għall-kenn tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù

L-Erbgħa 6 ta’ Ġunju 2018 fis-7.00 ta’ filgħaxija fis-Santwarju Parrokkjali tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Fontana, Għawdex.   Ara l-poster għall-aktar dettalji …  Read more…

Categories: Avviżi

Il-Papa jibgħat saċerdot Għawdxi s-Senegal

It-Tnejn, 4 ta’ Ġunju 2018. Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li l-Papa Franġisku talab lil Fr Maximillian Grech biex jirrappreżentah fis-Senegal. Fr Max Grech, saċerdot Għawdxi li bħalissa qed iservi lill-Vatikan f’Tehran fl-Iran kien mitlub biex jibda jservi f’pajjiż 6,900 km ‘il bogħod, fis-Senegal. Read more…

Ebda riċetta imma l-periferiji, il-verità u t-tama

It-Tnejn, 4 ta’ Ġunju 2018. Waqt udjenza mad-delegazzjoni tal-Premju ġurnalistiku internazzjonali Biagio Agnes, il-Papa Franġisku qalilhom li xogħolhom hu wieħed esiġenti li bħalissa għaddej minn żmien li min-naħa qed jiltaqa’ mad-dinja diġitali u mill-oħra għaddej minn trasformazzjoni tal-istess mezzi tal-komunikazzjoni.

Read more…

L-Evanġelju tat-Tnejn 4 ta’ Ġunju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 12, 1-12

Il-konfront bejn Ġesù u l-awtoritajiet Lhud narawh kważi mill-bidu nett tal-Evanġelju ta’ San Mark. Donnu l-awtur li sa mill-bidu jipprova jurina Ġesù min hu, jindikalna li l-konfrontazzjoni bejnu u bejn il-mexxejja hija parti mill-identità tiegħu. Ma jistax ikun hu b’ħalqu sieket; hu dak li ġie biex iwassal il-kelma, għax il-missjoni tiegħu tgħidilna min hu, u hu jwassalha akkost ta’ kollox, mingħajr irspett lejn min il-Kelma kien irċeviha u abbuża minnha.

Read more…