Home > Aħbarijiet, Papa Franġisku > Ebda riċetta imma l-periferiji, il-verità u t-tama

Ebda riċetta imma l-periferiji, il-verità u t-tama


It-Tnejn, 4 ta’ Ġunju 2018. Waqt udjenza mad-delegazzjoni tal-Premju ġurnalistiku internazzjonali Biagio Agnes, il-Papa Franġisku qalilhom li xogħolhom hu wieħed esiġenti li bħalissa għaddej minn żmien li min-naħa qed jiltaqa’ mad-dinja diġitali u mill-oħra għaddej minn trasformazzjoni tal-istess mezzi tal-komunikazzjoni.

Mhux faċli tidħol fi proċess bħal dan imma dejjem hu meħtieġ, jekk irridu nkomplu nkunu edukaturi tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda, qal il-Papa lid-delegazzjoni miġbura fis-Sala Clementina.

Il-Qdusija Tiegħu bena d-diskors tiegħu fuq tliet kelmiet: il-periferija, il-verità u t-tama. Għaddejja trasformazzjoni kbira fl-għamliet u l-lingwaġġi tal-informazzjoni, qal Franġisku, u rridu nifhmu lil-ġurnaliżmu għandu rwol edukattiv. Għalhekk il-Papa qal x’inhi l-proposta tiegħu bi kwotazzjoni mill-Enċiklika Laudato Sì:

L-għorrief tal-passat, f’dal-kuntest, kienu jirriskjaw li jaraw għerfhom maħnuq qalb il-ħsejjes diżorganiżżati tal-informazzjoni. Ma jeżistux riċetti, imma rrid nisħaq fuq tliet kelmiet: periferiji, verità u tama. L-istejjer ta’ bnedmin li jgħejxu bogħod, maqtugħin, fil-periferiji, huma stejjer kultant ta’ tbatija u degradazzjoni, drabi oħra huma stejjer ta’ solidarjetà kbira li jistgħu jgħinu lil kulħadd iħares lejn ir-realtà b’għajnejn ġodda.

Illum, issokta Franġisku, f’dinja fejn kollox mgħaġġel, hu dejjem aktar urġenti li nduru lejn il-liġi iebsa tar-riċerka aktar fil-fond, tal-konfront, u jekk meħtieġ, anki tas-skiet, biex ma nweġġgħux lil xi persuna jew grupp ta’ persuni jew inkella nagħmlu ħsara li xi ġrajja, għax l-istorja tal-ħajja nifhmuha biss fl-aħħar, u dan għandu jgħinna biex nilbsu l-kuraġġ u nkunu profetiċi.

Jekk nipproponu dinja perfetta, kompla jgħid Franġisku, dinja mingħajr problemi, tkun biss illużjoni. Minflok, għandna niftħu spazji ta’ tama waqt li nikkkundannaw is-sitwazzjonijiet ta’ degradazzjoni u disperazzjoni.

Il-ġurnalista, qal il-Papa hu msejjaħ biex iżomm miftuħ spazju ta’ tama, ta’ sens, ta’ ħruġ. Franġisku semma’ wkoll li l-proġett imniedi minn Biagio Agnes: “Check-up per l-Italia” bl-għan li jidħol aktar fil-fond tal-argumenti mediko/xjentifiċi, jimmira li jagħti informazzjoni preċiża mhux waħda ta’ kafkaf.

Il-Papa Franġisku fakkar il-ħtieġa ta’dibattitu xjentifiku u soċjali responsabbli u wiesa, li jieħu kont tal-informazzjoni kollha disponibbli u li jsejjaħ l-affarijiet b’isimhom bla tidwir mal-lewża. Ximindaqqiet, osserva Franġisku hu hu jikkwota mill-ġdid l-Enċiklika Laudato Sì, ma tkunx ippublikata l-informazzjoni kollha, imma jkunu publikati aspetti partikolari biex jaqdu l-interessi partikolari kemm politiċi, kif ukoll ekonomiċi u ideoloġiċi.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: