Il-Papa jibgħat saċerdot Għawdxi s-Senegal

Print Friendly, PDF & Email

It-Tnejn, 4 ta’ Ġunju 2018. Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li l-Papa Franġisku talab lil Fr Maximillian Grech biex jirrappreżentah fis-Senegal. Fr Max Grech, saċerdot Għawdxi li bħalissa qed iservi lill-Vatikan f’Tehran fl-Iran kien mitlub biex jibda jservi f’pajjiż 6,900 km ‘il bogħod, fis-Senegal.

Dan tħabbar f’komunikat li s-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan il-Kardinal Pietro Parolin bagħat lil Fr Max ilbieraħ.

Fil-komunikat, il-Kardinal qal li l-Papa approva t-trasferiment biex minn Tehran, Fr Max jibda jservi fis-Senegal.

Ma’ Fr Joe Borg fuq RTK, Fr Max kien qal li x-xogħol tan-Nunzjatura huwa ffukat esklussivament f’li jagħti sostenn lill-komunità kattolika f’dan il-pajjiż, li huwa definit mill-kostituzzjoni bħala Repubblika Iżlamika.
Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

Leave a Reply

%d bloggers like this: