Archive

Archive for June 7, 2018

L-Insara li tilfu l-memorja ma jiltaqgħux ma’ Ġesù

Il-Ħamis 7 ta’ Ġunju. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Fl-omelija fil-kappella tad-Dar Santa Marta dalgħodu, il-Papa saħaq li biex nimxu ‘l quddiem fil-ħajja nisranija jeħtiġilna niftakru fl-ewwel laqgħat tagħna ma’ Ġesù, nibqgħu niftakru f’min kien għaddielna l-fidi u fil-liġi tal-imħabba. Read more…

L-Evanġelju tal-Ħamis 7 ta’ Ġunju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 12, 28b-34

X’taqbad tgħid quddiem Alla li jitkellem dwar l-ikbar liġi! Alla li jgħaqqad l-imħabba tiegħu mal-imħabba tiegħek għall-oħrajn u tal-oħrajn għalik. Alla li jqis l-imħabba lejn il-bnedmin daqs l-imħabba lejh. Ir-reċiproċità titwessa u ssir universali. Għal Ġesù m’hemmx liġi ikbar minn dik li toħorġok minnek innifsek u b’imħabba tingħata għall-oħrajn. F’din il-liġi importanti mhux l-oġġett tal-imħabba, lil min tħobb, iżda li tħobb.
Read more…

Rużarju biex Malta qatt ma tiċħad is-sejħa tagħha ta’ Pajjiż Kattoliku

June 7, 2018 1 comment

Is–Sibt 9 ta’ Ġunju, is-Soċjetà Maltija għal Ċiviltà Nisranija qed torganizza Kampanja Talb tar-Rużarju biex Malta qatt ma tiċħad is-sejħa tagħha ta’ Pajjiż Kattoliku.  Ara l-poster għal aktar dettalji … Read more…

Categories: Avviżi

Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf

Is-Sibt, 23 ta’ Ġunju 2018, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech se jmexxi ċelebrazzjoni li matulha isir it-tberik tat-trabi mhux imwielda. Iċ-ċerimonja li ser tkun fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu fl-Għarb tibda fis-6.30pm.  Kulħadd huwa mistieden u dawk l-ommijjiet jew familji li bi ħsiebhom jattendu huma mitloba jċemplu jew jibgħatu sms fuq 99289740, inkella jibgħatu email fuq info@darguzeppadebono.org. Ara l-poster hawn taħt … Read more…

Categories: Avviżi

Kristu jaħkem fuq ix-Xitan

Powerpoint tal-10 Ħadd matul is-Sena B. Il-Qari tal-Quddiesa tal-Ħadd, għat-tfal, studenti u familji. Iftaħ il-powerpoint minn din il-link … L-10 Ħadd Sena B

Categories: PP tal-Ħadd

Bil-marċ taħt it-tieqa

Bdejna ż-żmien tal-festi. Il-festi sbieħ. Jagħtuk kuraġġ. Iferrħuk! Anki jekk ma tkunx apprezzat u apprezzata kif, almenu, l-umanità l-aktar bażika titlob (aħseb u ara l-karità Nisranija). Imma l-festi dejjem jagħtuk tama. U, tibżax jekk ta’ madwarek idaħħlulek il-lanez u l-vleġġeġ. Li jgħodd x’jgħid fuqek il-Mulej! U xejn aktar! Amen! Halleluiah!

Read more…