L-Arċisqof dwar l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku, Gaudete et Exsultate, Ifirħu u Thennew

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Ġunju 2018: Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna lis-Saċerdoti dwar l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku, Gaudete et Exsulatre, Ifirħu u Thennew fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar.

It-triq tal-imħabba li jgħallimna Ġesù huma l-opri tal-ħniena

Il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

L-imħabba t’Alla hi mħabba bla qies. Il-kobor tagħha jidher fiċ-ċokon u fit-tenerezza, qal il-Papa Franġisku fl-omelija tal-quddiesa tal-lum. Kristu, afferma Franġisku, ma jitlobx minna diskorsi kbar dwar l-imħabba, imma li nagħmlu ġesti żgħar u konkreti biex inkomplu dak li beda Hu.

Continue reading “It-triq tal-imħabba li jgħallimna Ġesù huma l-opri tal-ħniena”

24-il Siegħa ta’ Adorazzjoni Ewkaristika fil-Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ (8-9 ta’ Ġunju 8am-8pm)

Today for the Feast of the Sacred Heart of Jesus we will be holding a 24 Hours of continuous Eucharistic Adoration at St. Paul’s Church in Birkirkara. Come spend an Hour with the Lord.

Illum għall-Festa tal-Qalb ta’ Gesu, se nagħmlu 24 siegha adorazzjoni kontinwa fil-Knisja ta’ San Pawl, Birkirkara 8am il-quddiem. Ejja qatta’ siegħa mal-Mulej. Continue reading “24-il Siegħa ta’ Adorazzjoni Ewkaristika fil-Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ (8-9 ta’ Ġunju 8am-8pm)”

L-Evanġelju tal-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 19, 31-37

Il-proċedura kienet li l-mislub jitħalla fuq is-salib sakemm imut. Imma l-Lhud ġabu skuża. Ma ridux jarawh iżjed hemm. Riedu jiksrulhom riġlejhom biex ma jkunux jistgħu jieqfu fuqhom iżjed biex jieħdu n-nifs u hekk imutu fgati. Il-Lhud ma setgħux jieklu laħam ta’ annimali li kienu fgati għa xkienu moqżieża. Riedu li jitkissrulhom riġlejhom mhux biss biex imutu, imma biex imutu fgati u hekk ikunu meqjusa moqżieża. U Pilatu għal darb’oħra jikkuntentahom. Continue reading “L-Evanġelju tal-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju 2018”