Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > It-triq tal-imħabba li jgħallimna Ġesù huma l-opri tal-ħniena

It-triq tal-imħabba li jgħallimna Ġesù huma l-opri tal-ħniena


Il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

L-imħabba t’Alla hi mħabba bla qies. Il-kobor tagħha jidher fiċ-ċokon u fit-tenerezza, qal il-Papa Franġisku fl-omelija tal-quddiesa tal-lum. Kristu, afferma Franġisku, ma jitlobx minna diskorsi kbar dwar l-imħabba imma li nagħmlu ġesti żgħar u konkreti biex inkomplu dak li beda Hu.

 

Illum il-Knisja tiċċelebra s-solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù u l-Papa Fraġisku beda l-omelija bl-affermazzjoni li l-festa tal-lum hi l-festa tal-imħabba t’Alla. Dan kien il-ħsieb ewlieni tal-omelija.

Mhux aħna ħabbejna ‘l Alla l-ewwel iżda kien Hu li ħabbna qabel, għax Hu l-ewwel wieħed li jħobb. Din hi verità li l-profeti spjegawha bis-simbolu tan-nwar tal-lewża, l-ewwel li jiffjorixxi fir-rebbiegħa. Il-Papa tenna: hekk hu magħmul Alla, dejjem ikun qabilna. Hu jistenna lilna, Hu jkun l-ewwel li itina l-għajnuna.

Iżda mhux faċli tifhem l-imħabba t’Alla. Fit-tieni qari li smajna, l-Appostlu Pawlu jkellimna dwar “l-għana li ma tistax tifhmu ta’ Alla”, misteru moħbi. Hija mħabba li ma tistax tifhimha. Imħabba ta’ Kristu li tisboq kull għerf. Tisboq kollox. Daqshekk hi kbira l-imħabba t’Alla. Poeta kien jgħid: “baħar bla xatt, mingħajr qiegħ” baħar bla limiti. U din hi l-imħabba li aħna rridu nifhmu, l-imħabba li nirċievu.

Mal-mixja tal-istorja tas-salvazzjoni, il-Mulej uriena mħabbtu, “kien għalliem kbir”, qal il-Papa b’riferiment għas-silta moqrija fl-ewwel qari tal-liturġija meħuda mill-Ktieb tal-Profeta Hosea. Imħabbtu ma wriehiex permezz tal-forza. Isimgħu, jgħid il-profeta: Jien għallimt il-mixi lill-poplu tiegħi, żammejtu minn idu. Ħadt ħsiebu. Minn idu, qribu, bħalma jagħmel missier.

Kif juriha mħabbtu Alla? Bl-affarijiet kbar? Le, jiċċekken, jiċċekken u jwettaq ġesti ta’ tenerezza, ta’ tjubija. Jiċċekken, joqrob. B’dil-qrubija, billi jiċċekken, ifehehmna l-kobor tal-imħabba. Il-kobor jinftiehem permezz taċ-ċokon.

U fl-aħħar bagħat lil Ibnu, bagħtu fil-ġisem u l-Iben umilja ruħu, sal mewt. Dan hu l-misteru tal-imħabba t’Alla: l-akbar kobor jesprimi ruħu fiċ-ċokon, fl-aktar ħaġa ċkejkna, huwa bis-saħħa ta’ dan li aħna nistgħu nifhmu x’inhi l-mixja nisranija.

Meta Ġesù jrid għallimna kif għandu jkun l-atteġġjament tan-nisrani, jgħidilna ftit affarijiet, jurina fuq liema kriterji aħna lkoll għad inkunu ġudikati. U x’jgħidilna? Ma jgħidiliniex: “Jien naħseb li Alla hekk huwa. Issa fhmit l-imħabba t’Alla”. Le u le. Jien iċċekkint biex nuri x’inhi l-imħabba t’Alla. Tajt jiekol lil min bil-ġuħ, tajt jixrob lil min hu bil-għatx, żort lill-marid, lill-ħabsi. L-opri tal-ħniena huma l-vera triq tal-imħabba li jgħallimna Ġesù, l-imħabba bla qies ta’ Alla.

Għaldaqstant, temm jgħid il-Qdusija Tiegħu, m’hemmx għalfejn ħafna diskorsi kbar dwar l-imħabba, imma bnedmin li jafu jagħmlu dawn il-ġesti żgħar għal Ġesù, għall-Missier. L-opri tal-ħniena. Dawn huma l-kontinwazzjoni ta’ din l-imħabba, li tiċċkken, li tasal għandna u aħna mmexxuha ‘l quddiem.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: