L-Evanġelju tal-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 19, 31-37

Il-proċedura kienet li l-mislub jitħalla fuq is-salib sakemm imut. Imma l-Lhud ġabu skuża. Ma ridux jarawh iżjed hemm. Riedu jiksrulhom riġlejhom biex ma jkunux jistgħu jieqfu fuqhom iżjed biex jieħdu n-nifs u hekk imutu fgati. Il-Lhud ma setgħux jieklu laħam ta’ annimali li kienu fgati għa xkienu moqżieża. Riedu li jitkissrulhom riġlejhom mhux biss biex imutu, imma biex imutu fgati u hekk ikunu meqjusa moqżieża. U Pilatu għal darb’oħra jikkuntentahom.

Waqt li llum nifirħu fl-imħabba li Alla juri magħna, narawha fl-ikbar espressjoni tagħha. l-awtur tal-Evanġelju skont San Ġwann jurina li Ġesù mhux biss ma hux moqżież, kif ippruvaw juru li hu il-Lhud, mhux talli ta lillu nnifsu f’għotja ta’ mħabba fl-aqwa tagħha, iżda anke wara mewtu baqa joħroġ minnu demm u ilma li fihom il-Knisja tara dak li jgħajjixha bil-ħajja ta’ Alla nnifsu: is-sagramenti.

l-imħabba ma tieqaf tagħti qatt, anke wara l-mewt min iħobb jibqa’ jħobb għax l-imħabba ġejja minn Alla li hu mħabba, u kull min iħobb jagħaraf lil Alla għax Alla hu fih. U jekk hemm Alla fih, il-bniedem li jħobb diġa għandu fih l-eternità bil-ħajja li ma tintemmx.

It-telqa, il-mibgħeda ta’ bniedem kontra ieħor, l-abbandun għall dak kollu li jiġi f’moħħ il-bniedem, ġejjin mill-assenza tal-imħabba li dejjem tiżdied u iktar kemm il-bniedem jitbiegħed mill-imħabba iktar iżid il-kilba li jimla ħajtu b’dak li jaħseb li jhennih u jisker f’dak li jsib u li jaħfen taħt idejh mingħajr ma jħossu qatt li laħaq il-qofol tiegħu.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.