L-Arċisqof iħalli Malta għal missjoni pastorali fiċ-Ċilì

It-Tnejn, 11 ta’ Ġunju 2018: L‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum iħalli Malta għal missjoni pastorali fiċ‑Ċilì bħala mibgħut speċjali tal‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku. Huwa ser ikun akkumpanjat minn Mons. Jordi Bertomeu. Mons. Arċisqof ser ikollu numru ta’ laqgħat f’Santiago de Chile u ser imexxi missjoni pastorali fid-Djoċesi ta’ Osorno. Continue reading “L-Arċisqof iħalli Malta għal missjoni pastorali fiċ-Ċilì”

Il-Papa jitlob lill-kumpaniji kbar taż-żejt biex jaqilbu għal enerġija nadifa

Il-Papa Franġisku indirizza 40 parteċipant f’konferenza fil-Vatikan bl-isem ta’ “Energy Transition and Care for our Common Home”. Hu qal li ċ-ċivilizzazzjoni teħtieġ l-enerġija imma l-enerġija li tintuża m’għandix tiddistruġġi ċ-ċivilizzazzjoni. Għal aktar dettalji, ara http://thechurchinmalta.org/mt/posts/76966/il-papa-jitlob-lill-kumpaniji-kbar-taz-zejt-biex-jaqilbu-ghal-energija-nadifa

L-evanġelizzaturi ma jistgħux ikunu imprendituri jew moħħhom biex jilħqu

It-Tnejn 11 ta’ Ġunju. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Waqt l-omelija tal-lum fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku tkellem dwar it-tliet dimensjonijiet tal-evanġelizzazzjoni: it-tħabbir, is-servizz u l-gratwità.

Continue reading “L-evanġelizzaturi ma jistgħux ikunu imprendituri jew moħħhom biex jilħqu”

Lectio Divina għall-11-il  Ħadd, Sena “B”

Vanġelu (Mk 4, 26-34): Ġesu jkompli jfiehem is-Saltna t’Alla permezz tal-parabboli. Ġa qal dik tal-bidwi li ħareġ jiżra’ u ż-żerriegħa waqgħet f’diversi postijiet fl-għalqa. Min dan joħroġ li ż-żerriegħa hi l-Kelma t’Alla li jiħtieġ li tinżera’ f’qalb il-bnedmin. Illum naqraw żewġ parabboli oħra. L-ewwel waħda nsibuha f’Mark biss. Continue reading “Lectio Divina għall-11-il  Ħadd, Sena “B””

Djoċesi ta’ Għawdex: Korsijiet dwar il-familja

Il-Kummissjoni Djoċesana Familja f’Għawdex qed torganizza tliet korsijiet dwar il-familja li ser ikunu qed jiġu offruti bejn it-Tnejn 2 ta’ Lulju u l-Ġimgħa 13 ta’ Lulju:

Kors A: Kif nikbru fir-relazzjoni tagħna bħala koppja u kif inġibu ruħna ma’ wliedna?
Kors B: X’ifisser iż-żwieġ sagrament, x’tgħid il-Liġi dwar iż-żwieġ?
Kors C: Kif inkun naf aktar lili nnifsi? Continue reading “Djoċesi ta’ Għawdex: Korsijiet dwar il-familja”