L-evanġelizzaturi ma jistgħux ikunu imprendituri jew moħħhom biex jilħqu


It-Tnejn 11 ta’ Ġunju. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Waqt l-omelija tal-lum fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku tkellem dwar it-tliet dimensjonijiet tal-evanġelizzazzjoni: it-tħabbir, is-servizz u l-gratwità.

Franġisku kien qed jikkummenta l-qari tal-liturġija tal-lum u saħaq li l-Ispirtu s-Santu hu l-veru protagonista tat-tħabbira, li mhix xi sempliċi prietka jew trasmissjoni ta’ xi ideat, imma hi moviment dinamiku bil-ħila li jibdel il-qlub, grazzi proprju għall-opra tal-Ispirtu.

Rajna ħafna pjani pastorali mħejjijin tajjeb, osserva l-Papa, iżda li, sfortunatament, ma kinux l-istrument addattat għall-evanġelizzazzjoni għax ma kellhomx fihom l-ingredjenti li bihom jibdlu l-qlub.

L-atteġġjament ta’ Ġesù ma kienx wieħed imprenditorjali, b’xi pjan imħejji fid-dettall. Ġesù ma bagħatniex nagħmlu dan. Il-vera evanġelizzazzjoni teħtieġ il-kuraġġ li ma jiġix mir-ras iebsa umana. Huwa l-Ispirtu s-Santu li jtina l-kuraġġ meħtieġ biex nevanġelizzaw, biex nipperseveraw.

It-tieni dimensjoni hi s-servizz, offrut fl-affarijiet iż-żgħar. Hu żball li nkunu prużuntużi u nippretendu li għandu jkun hemm min jaqdi lilna għax inkunu lħaqna fil-karriera, fil-Knisja jew fis-soċjetà. Min fil-Knisja moħħu biex jilħaq, juri li ma jafx x’jiġifieri jevanġelizza, għax min jikkmanda għandu jkun il-qaddej.

Nistgħu nħabbru affarijiet tajbin imma mingħajr servizz dawn ma jfissru xejn għax l-Ispirtu mhux biss jimbuttak biex tħabbar il-verità tal-Mulej, imma jimbuttak ukoll lejn ħutek biex taqdihom, anke f’affarijiet żgħar.

Imbagħad hemm il-gratwità għax ħadd ma jista’ jsalva bil-merti tiegħu biss: ‘B’xejn irċevejtu,’ ifakkarna l-Mulej, ‘u b’xejn għandkom tagħtu.’ Ilkoll kemm aħna ksibna s-salvazzjoni bil-gratwità u għalhekk b’xejn irridu nagħtu. L-operaturi pastorali tal-evanġelizzazzjoni għandhom jitgħallmuh dan. Ħajjithom trid tkun għotja gratwita, ta’ servizz, ta’ tħabbir, immexxijin dejjem mill-Ispirtu s-Santu. U l-faqar tagħhom jimbuttahom biex jiftħu qlubhom dejjem aktar għall-Ispirtu s-Santu.

 

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

 

 

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.