Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Ix-xhieda tan-nisrani hi li jkun il-melħ u d-dawl għall-oħrajn

Ix-xhieda tan-nisrani hi li jkun il-melħ u d-dawl għall-oħrajn


It-Tlieta 12 ta’ Ġunju. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-melħ jagħti t-togħma lill-ikel u d-dawl ma jdawwalx lilu nnifsu. Daqstant hi sempliċi x-xhieda l għandu jagħti n-nisrani lill-oħrajn bla ma joqgħod jiftaħar bil-merti tiegħu.

 

Il-Papa Franġisku għamel din l-affermazzjoni dalgħodu waqt l-omelija tal-quddiesa li ċċelebra fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Il-Papa silet il-ħsieb tiegħu mill-Vanġelu meħud minn San Mattew u qal li l-akbar xhieda li jista’ jagħti n-nisrani hi li jagħti ħajtu bħalma għamel Ġesù, jiġifieri l-martirju. Iżda hemm xhieda oħra, dik tal-ħajja ta’ kuljum, li tibda minn filgħodu, mal-qawmien u tintemm billejl meta mmorru norqdu.

Tidher xi ħaġa bla wisq importanza iżda l-Mulej bl-affarijiet żgħar jagħmel il-mirakli, iwettaq il-meravilji, innota Franġisku. Għalhekk jeħtieġ li jkollna atteġġjament ta’ umiltà li fil-fatt ifisser li nfittxu dejjem inkunu melħ u dawl.

Melħ u dawl għall-oħrajn għax il-melħ ma jagħtix it-togħma lilu nnifsu, imma qiegħed hemm biex jagħti t-togħma li xi ħaġa oħra. Ftit melħ jgħin fl-ikel. Fil-fatt mill-ħanut ma tixtrix il-melħ bil-qnatar, tixtri ftit għax ikun biżżejjed. Bl-istess mod il-melħ ma joqgħodx jitkabbar bih innifsu, għax waħdu ma jiswa għal xejn. Dejjem qiegħed hemm biex jaqdi xi ħaġa oħra.

Li tkun nisrani fil-ħajja ta’ kuljum, għalhekk, ifisser li tkun ukoll bħad-dawl, tkun għan-nies bħad-dawl li qiegħed hemm biex jgħinna fid-dlam.

Il-Mulej jgħidilna, issokta Franġisku, “Int il-melħ, int id-dawl”. Hekku, Mulej. Iżda meta nkunu qed nieklu, aħna ma ngħidux: “kemm hu tajjeb il-melħ” iżda “kemm hu tajjeb l-ikel. U meta filgħaxija mmorru norqdu ma ngħidux “Kemm hu tajjeb id-dawl”, anzi d-dawl ninjorawh għax ngħejxu bid-dawl li jdawwal verament. B’hekk aħna l-insara niksbu d-dimensjoni li fil-ħajja nkunu anonimi.

Aħna m’aħniex il-protagonisti tal-merti tagħna, saħaq il-Papa u għalhekk m’għandniex nagħmlu bħall-fariżew li mar jirringrazzja ‘l Alla għax kien jidhirlu li hu qaddis.

Talba sabiħa fi tmiem il-jum, temm jgħid Franġisku, tista’ tkun: Illum kont melħ? Illum kont dawl? Din hi l-qdusija tal-ħajja ta’ kuljum. Jalla l-Mulej jgħina biex dan nifhmuh sewwa.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: