Home > Arċisqof Charles J. Scicluna. 2018, Aħbarijiet, L-Isqof ta' Għawdex Mario Grech 2018 > Stqarrija mill-Isqfijiet Maltin dwar il-każ tal-vapur Aquarius

Stqarrija mill-Isqfijiet Maltin dwar il-każ tal-vapur Aquarius


It-Tlieta, 20 ta’ Ġunju 2018: Stqarrija mill-Isqfijiet Maltin dwar il-każ tal-vapur Aquarius.

Ilna snin nisimgħu dwar il-fenomenu tal-immigrazzjoni li qed jisvolġi fil-Baħar Mediterran. Dan il-fenomenu jixhed is-sitwazzjoni ddisprata ta’ min iħossu mġiegħel iħalli pajjiżu biex jaħrab il-gwerer jew il-ġuħ; minn naħa l-oħra l-istess fenomenu juri wkoll it-tbatija, it-tħassib u s-sagrifiċċji tal-popli tal-pajjiżi li qegħdin jilqgħuhom.

 

435136-490xNone

Anke f’dawn il-ġranet il-ġrajja tal-vapur Aquarius uriet il-kumplessità u d-delikatezza kemm tal-problema kif ukoll tas-soluzzjonijiet għaliha.

Għalhekk, inħeġġu lill-awtoritajiet politiċi fl-Ewropa biex ikomplu jfittxu soluzzjonijiet umanitarji għal dawn il-persuni, mingħajr ma jinsew ir-realtajiet taċ-ċittadini tal-pajjiżi li jilqgħuhom. Fl-imgħoddi l-Ewropa kellha sfidi oħra serji bħal din, imma qatt ma qatgħet qalbha li ssib rimedji fid-dawl tal-prinċipji tal-ġustizzja, tal-legalità u tas-solidarjetà.

Filwaqt li napprezzaw il-fatt li l-Gvern Malti offra l-għajnuna materjali u medika lill-immigranti fuq dan il-vapur, nitolbu lil Alla jieqaf mal-politiċi tagħna biex fil-kunsiderazzjonijiet tagħhom f’dan ir-rigward, ikkunsidrati l-possibilitajiet limitati tagħna, dejjem juru dik l-umanità straordinarja karatteristika ta’ ġensna li jsemmu l-Atti tal-Appostli.

✠ Charles J. Scicluna                                                                                 ✠ Mario Grech
Arċisqof ta’ Malta                                                                                       Isqof ta’ Għawdex

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: