Taħdita f’Malta minn awtur u riċerkatur tal-Lvant Nofsani – Marc Fromager


Marc Fromager, id-Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (Franza), u Editor-in-Chief tal-magazine The Church in the World, ser iżur Malta f’Lulju 2018. Hu ser jitkellem dwar is-sitwazzjoni attwali fil-Lvant Nofsani u l-effetti devastanti li għaddejjin minnhom il-Kristjani tal-post. Hu ser jagħti taħdita t-Tnejn, 2 ta’ Lulju 2018 fil-Corinthia Palace Hotel, Ħ’Attard, fis-7.00pm.

photo-validc3a9e-par-marc-2.jpgDawk li jixtiequ jattendu għat-taħdita tat-Tnejn, 2 ta’ Lulju 2018 huma ġentilment mitluba jċemplu 21487818 jew jibgħatu email lil info@acnmalta.org biex jirriservaw post. Dħul strettament bl-invit. Dan l-avveniment huwa bla ħlas iżda donazzjonijiet jiġu apprezzati biex inkomplu nwettqu proġetti b’risq il-Kristjani fil-Lvant Nofsani fejn il-kunflitti u l-ISIS ħallew ħerba warajhom.

Fil-Lvant Nofsani, li qed jinbidel b’rata mgħaġġla, il-Kristjani huma dejjem aktar il-vittmi – ta’ spiss vittmi kollaterali – vittmi ta’ bosta kwistjonijiet. Marc Fromager jiddeskrivi dan bħala: ir-radikalizzazzjoni tal-Iżlam u li jirriżulta fl-omoġenizzazzjoni tal-Lvant Nofsani; ġlieda għall-eġemonija reġjonali bejn l-Għarabja Sawdita u l-Iran; regħba għaż-żejt u l-gass; it-tellieqa tal-armi u l-interferenza tal-Punent u d-dipendenza fuq iż-żejt.

Marc Fromager jistaqsi dwar l-identità tal-Kristjani tal-Lvant Nofsani, in-natura tal-proċessi li għaddejjin minnhom illum u r-raġunijiet profondi tal-inkwiet tagħhom. Hu jistedinhom biex jibqgħu sħaħ fit-tama, għall-popolazzjoni kollha tal-Lvant Nofsani u għalina lkoll. Tabilħaqq, mingħajr il-Kristjani tal-Ilvant, x’se jsir minn dawk tal-Punent?

Fil-ktieb magħruf tiegħu War petroleum and radicalism – Middle East Christians caught in a vice, Fromager iħares lura lejn l-oriġini tal-kunflitti li ilhom għaddejjin minnhom is-Sirja u l-Iraq. Huwa jindirizza t-tensjonijiet dwar il-gass, li probabbilment huma “l-isfond” tal-gwerra fis-Sirja u partikolarment il-kunflitti f’Homs. Dan il-ktieb jidentifika r-raġunijiet tal-post u dawk internazzjonali għal dawn il-kunflitti u jagħti informazzjoni aħjar tal-attitudni ta’ Franza jew l-Istati Uniti tal-Amerka.

Marc Fromager twieled fl-1968 f’Nouméa, missier ta’ sittt itfal, għex 20 sena barra mill-pajjiż u ħadem għal aktar minn 20 sena fi ħdan il-Knisja. Huwa żar kemm-il darba l-Lvant Nofsani. Mark Fromager jagħti ħafna taħdidiet fejn jitkellem b’mod ħieles u jagħti informazzjoni li ħafna drabi ma tinstemax fil-midja.

Ara aktar dettalji f’din il-link … ACN (Malta) – Marc Fromager f’Malta

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.