Il-Ħadd, 17 ta’ Ġunju 2018: Is-Suddjaknu Dennis Mifsud b’riflessjoni dwar il-Qari tal-Quddiesa tal-Ħdax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena, Sena B.
Day: June 13, 2018
Liż-żagħżagħ il-Papa qalilhom li l-medjokrità ma tiswa xejn, jiswa biss tħassib bis-sens
L-Erbgħa 13 ta’ Ġunju 2018: Iż-żgħażagħ għandu jkollhom kilba għal ħajja awtentika u l-adulti għandhom jagħtu l-eżempju. B’dan il-ħsieb, dalgħodu l-Papa Franġisku beda ċiklu ġdid ta’ katekeżi dwar il-Kmandamenti waqt l-udjenza ġenerali li saret fi Pjazza San Pietru. Continue reading “Liż-żagħżagħ il-Papa qalilhom li l-medjokrità ma tiswa xejn, jiswa biss tħassib bis-sens”
In-Nunzju Malti fil-Korea dwar is-Summit bejn Trump u Kim Jong-un
L-Erbgħa 13 ta’ Ġunju 2018: In-Nunzju Appostoliku għall-Korea l-Arċisqof Mons Alfred Xuereb tkellem dwar is-summit bejn il-President tal-Istati Uniti Donald Trump u l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un. Huwa qal li l-laqgħa tal-bieraħ kienet waħda tassew storika u li l-Knisja hija mimlija tama u kunfidenza iżda wissa li għadna fil-bidu ta’ proċess twil ħafna. Continue reading “In-Nunzju Malti fil-Korea dwar is-Summit bejn Trump u Kim Jong-un”
Il-Qawwa moħbija tas-Saltna
Powerpoint tal-11 Ħadd matul is-Sena B. Il-Qari tal-Quddiesa tal-Ħadd, għat-tfal, studenti u familji. Iftaħ il-powerpoint minn din il-link … 11-il Ħadd Sena B
Filmat speċjali tal-ACN għall-World Cup 2018
Waqt li għajnejn id-dinja, b’mod speċjali tad-dilettanti tal-football, ġa daru lejn ir-Russja fejn se jsir il-logħob tat-Tazza tad-Dinja, l-Aid to the Church in Need (ACN) ippublikat il-verżjoni tagħha dwar din il-logħba internazzjonali. Continue reading “Filmat speċjali tal-ACN għall-World Cup 2018”
Introduzzjoni: Ix-xewqa għal ħajja sħiħa
1. Katekeżi dwar il-Kmandamenti mill-Papa Franġisku. 13 ta’ Ġunju 2018.
Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Illum hi l-festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova. Min minnkom jismu Anton? Ċapċipa lill-“Antonijiet” kollha. Illum qed nibdew mixja ġdida ta’ katekeżi fuq it-tema tal-Kmandamenti. Il-kmandamenti tal-Liġi ta’ Alla. Biex nintroduċuha, ħa nieħdu spunt mis-silta li għadna kemm smajna: il-laqgħa bejn Ġesù u raġel – żagħżugħ – li jinxteħet għarkupptejh quddiemu jistaqsih kif jista’ jikseb il-ħajja ta’ dejjem (ara Mk 10:17-21). U f’dik il-mistoqsija hemm l-isfida ta’ kull ħajja, anki tagħna: ix-xewqa għal ħajja sħiħa, bla tmiem.