Se jitwieldu tfal li ommhom u missierhom ikunu ġa mietu – orfni mit-twelid.

Print Friendly, PDF & Email

Press Statement 14.06.2018 Life Network Foundation Malta

Il-Ħamis 14 ta’ Ġunju 2018: Il-Fondazzjoni Life Network Malta tinsab ferm disappuntata bl-Emendi li għaddew dwar l-Att tal-Protezzjoni tal-Embrijun. Dawn l-emendi ma jagħtux każ id-drittijiet tat-tfal li jitwieldu minn dawn il-proċeduri.

L-iffriżar tal-Embrijun ser jiddaħħal b’għażla u mhux fl-eċċezzjoni – dan mhux fl-interess tal-embrijun li ma jingħatax iċ-ċans li jitwieled iżda li ħajtu titpoġġa fil-periklu.

L-emendi jinkludi l-iffertiliżżar ta’ massimu ta ħames bajdiet fl-ewwel ċiklu tat-trattament, bil-possibiltà li jkollok ħames embrijuni, li tlieta minnhom jispiċċaw iffriżati. Din hi proposta li hi ferm agħar minn dik ta’ qabel li kien ta’ massimu ta’ tliet embrijuni fl-ewwel ċiklu.

Embrijun jista’ jagħmel sa massimu ta’ għoxrin sena fil-friża sa kemm il-mara tilħaq l-età ta’ tmienja u erbgħin sena meta l-Awtorità tkun tista’ tpoġġi dawn l-embrijuni għall-addozzjoni.

Id-donazzjoni tal-Bajda jew Sperma mhux ser ikunu marbutin ma reponsabiltà materna jew paterna. It-tfal li jitwieldu ser jiġu intenzjonalment imċaħħda mill-ġenitur jew ġenituri bioloġiċi tagħhom. Hemm konsegwenzi ta’ tbatija u konfużżjoni li jħossu dawn it-tfal meta jifhmu li twieldu hekk b’għażla ta’ persuna oħra.

Il-kunċett li persuni single joħolqu tfal biex jgħixu apposta mingħajr omm u mingħajr missier mhux fl-interess tat-tfal u żgur li mhux ġustizzja soċjali li jistgħu jitwieldu ukoll tfal li missierhom jew ommhom ikunu diġà mietu-orfni mat-twelid.

Il fatt li t-tfal ser jingħataw aċċess li jkunu jafu l-identità ta’ ommhom jew missierhom ta’ tmintax-il sena jew f’każ eċċezzjonali t’ saħħa ma jsolvix il-problemi t’ dawn it-tfal.

Il-Fondazzjoni tisħaq li id-diskussjoni u x-xogħol li sar, kif ukoll meetings mal Ministru Fearne minn għaqdiet li esprimew it-tħassib taghhom fil-fatt ġew injorati kompletament. Dan ma kienx eżerċizzju ta’ konsultazzjoni fl-ispirtu ta’ kif issuġġeriet il-President ta Malta.

Dr Miriam Sciberras BChD (Hons) MA Bioethics
Chairman Life Network Foundation Malta

NB : Il-Fondazzjoni tfakkar li diversi għaqdiet oħra wrew tħassib serju dwar l-emendi proposti fosthom l-Assoċjazzjoni tal-Pedjatri, l-Assoċjazzjoni tas-Social Workers, il-grupp ta’ speċjalisti fil-ġenetika u l-bioloġija ċellulari, il-Kunsill Psikoloġisti Alderjana, l-Awtoritajiet tal-Knisja, il-Moviment ta’ Kana, l-Assoċjazzjoni tal-Patoloġisti, il-grupp ta’ Child u Family Scholars, id-dekan tad-Dipartiment tas-Social Wellbeing tal-Università ta’ Malta, Grupp ta’ mitt Akkademiċi mill-Università ta’ Malta, il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa, il-grupp ġdid Doctors for Life, kif ukoll persuni distinti oħra inkluż l-ex Deputat Kap tal-PL Dr George Vella u l-ex MP Dr Deborah Schembri.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading