Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

L-isfruttament tal-mara hu dnub kontra Alla


Il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju, 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Fl-omelija li għamel dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku ta ħarsa lejn il-fenomenu tal-isfruttament tal-mara li tkun użata bħala oġġett.

Il-Papa fakkar lin-nisa skartati, użati, għat-tfajliet li jkunu mġegħlin ibiegħu id-dinjità tagħhom biex jiksbu impieg. Din kienet it-tema li tkellem dwarha l-Papa Franġisku. Il-Papa kien qed jagħmel riflessjoni dwar il-Vanġelu skont San Mattew li fih Kristu jistqarr: kull min jibgħat lil martu iwaqqagħha fl-adulterju.

Franġisku fakkar li n-nisa huma dik ix-xi ħaġa nieqsa mir-raġel biex ikun xbieha t’Alla. Ġesù jlissen kliem iebes, radikali, li jibdlu l-istorja għax sa żmienu l-mara kienet “tat-tieni klassi”, imma bi kliem aktar addattat ngħidu li kienet ilsira għax mingħajr libertà.

Id-duttrina ta’ Ġesù tibdel l-istorja. Il-mara qabel Ġesù kienet ħaġa imma warajh saret xi ħaġa differenti għal kollox. Ġesù jtiha d-dinjità u jqegħedha fuq l-istess livell tar-raġel għax jagħmel tiegħu l-ewwel kelma tal-Ħallieq li t-tnejn huma xbieha ta’ Alla, it-tnejn li huma saħaq il-Papa, it-tnejn indaqs. U r-raġel mingħajr mara ħdejh, hix ommu, oħtu, martu, kollega fuq ix-xogħol, ħabiba, dak ir-raġel waħdu mhuwiex xbieha t’Alla.

Sfortunatament, issokta Fraġisku, il-mara saret oġġett mixtieq. Fil-programmi tat-televixin, fir-rivisti, fil-ġurnali naraw nisa ppreżentati bħala oġġett mixtieq, qiehom fis-supermarket. Anki biex inbiegħa xi marka tat-tadam irridu nġibu xi mara umiljata, bla ħwejjeġ u b’hekk inwaqqgħu dak li għallimna Ġesù meta taha d-dinjità.

M’hemmx għalfejn immorru l-bogħod, kompla jgħid, hawn ukoll, fejn ngħejxu aħna, fl-uffiċini, fid-ditti, il-mara meqjusa bħala oġġett li tuża u tarmi, materjal tal-iskart, lanqas inħarsu lejha bħala persuna.

Dan hu dnub kontra Alla l-Ħallieq, li narmu lill-mara, għax mingħajrha aħna l-irġiel ma nistgħux inkunu xbieha t’Alla. Jeżisti akkaniment kontra l-mara, akkaniment ikraħ… kemm-il darba t-tfajliet ikollhom jinbiegħu qieshom xi oġġett uża u armi biex jiksbu impjieg? Dan jeżisti hawn f’Ruma, u kullimkien.

Kieku kellna nduru dawra bil-lejl f’ċerti postijiet naraw tant nisa, migranti u mhux, sfruttati qieshom fis-suq. Meta jersqu lejhom, lil dawn in-nisa ma jgħidulhomx: kif int, jew, il-lejl it-tajjeb, imma “kemm se toħodli?”

Inutli, issokta l-Papa li nippruvaw inserħu l-kuxjenza billi nsejħulhom prostituti għax kont int li għamiltha prostituta, kif jgħid Ġesù: kull min jibgħatha jwaqqagħha fl-adulterju. Għax int ma tkunx qed tittrattaha kif suppost, u b’hekk il-mara tispiċċa lsira.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s