Ma għandiex dritt nagħmlu ħsara lill-Embrijuni! – Prof. Pierre Schembri Wismayer

Pierre Schembri Wismayer huwa professur tal-Anatomija fl-Università ta’ Malta.

“Il-possibbiltà li Embrijun jista’ jinqasam f’żewġ individwi, li jirriżulta għal tewmin identiċi, ma jfissirx li nistgħu ninegaw l-individwalità u d-dinjità ta’ kull Embrijun.”

“L-Embrijun mhuwiex tmien ċelloli biss, iżda l-bidu tal-ħajja ta’ bniedem awtonomu.”

“Għalfejn le għall-iffriżar tal-Embrijuni? Bl-iffriżar ta’ l-Embrijuni l-ħajja umana qed tiġi oġġettifikata u l-Embrijun qed nitrattawh bħala oġġett jew prodott li tista’ tixtrih u tużah.”

“Ma għandniex dritt li noqtlu jew nagħmlu ħsara lill-Embrijuni b’saħħithom avolja hemm minnhom li jmutu b’mogħod naturali.” Continue reading “Ma għandiex dritt nagħmlu ħsara lill-Embrijuni! – Prof. Pierre Schembri Wismayer”

Il-Papa Franġisku sejjer l-Irlanda

wmof2018-dublin-ireland.jpgIl-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018: Tħabbar il-programm tal-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa fl-Irlanda għal-Laqgħa Dinjija tal-Familji li se tibda s-Sibt filgħodu 25 ta’ Awwissu meta se jħalli Ruma lejn Dublin.

Il-merħba uffiċjali se ssir fir-Residenza Presidenzjali u wara l-Papa se jiltaqa’ mal-President. Il-Papa Franġisku mbagħad se jiltaqa’ mal-Awtoritajiet Ċivili u l-membri tal-Korp Diplomatiku f’Dublin Castle. Continue reading “Il-Papa Franġisku sejjer l-Irlanda”