Dr. Miriam Sciberras dwar il-Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni

L-Erbgħa, 13 ta’ Ġunju 2018: Dr. Miriam Sciberras dwar il-Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni.

“Il-fatt hu li numru ta’ Embrijuni ser jispiċċaw imutu bl-iffriżar.”
“Għalfejn m’aħniex insibu mezzi oħra biex ma niffriżawx l-Embrijuni?”
“X’ser jiġri jekk ikollna ‘Stockpiles’ tal-Embrijuni?” Continue reading “Dr. Miriam Sciberras dwar il-Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni”

Messaġġ dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Prof. David Mamo, Konsulent tal-Psikjatrija

Il-messaġġ tal-Konsulent tal-Psikjatrija Prof. David Mamo, dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni.

“L-emendi fuq l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni m’huma jipproteġu xejn l-embrijuni. Id-drittijiet tat-tfal tagħna jridu jiġu qabel id-drittijiet tagħna l-adulti.” Continue reading “Messaġġ dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Prof. David Mamo, Konsulent tal-Psikjatrija”

Il-Papa dwar il-Jum Dinji tar-Rifuġjat, imniedi mill-Ġnus Magħquda

Il-Ħadd 17 ta’ Ġunju 2018:  Illum, wara t-talba tal-Angelus il-Papa Franġisku fakkar illi nhar l-Erbgħa li ġej jaħbat il-Jum Dinji tar-Rifuġjat, imniedi mill-Ġnus Magħquda biex jiġbed l-attenzjoni dwar kif qed jgħejxu, spiss fost ansjetà u tbatijiet kbar, ħutna mġegħelin jaħarbu minn artijiethom minħabba kunflitti u persekuzzjonijiet. Continue reading “Il-Papa dwar il-Jum Dinji tar-Rifuġjat, imniedi mill-Ġnus Magħquda”

Il-Papa mħasseb dwar is-sitwazzjoni fil-Yemen

fr1.jpgIl-Ħadd 17 ta’ Ġunju 2018: Fid-diskors tiegħu waqt l-Angelus il-Papa Franisku wera t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Yemen u għamel appell lill-komunità internazzjonali biex ma thediex tagħmel sforzi sabiex bl-urġenza ġġib lill-partijiet madwar il-mejda tan-negozjati ħalli tevita illi s-sitwazzjoni umanitarja li hi diġà traġika, tkompli teħżien … http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_Angelus_17062018.htm

L-Evanġelju tal-Ħadd 17 ta’ Ġunju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 4, 26-34

Il-qamħ huwa parti essenzjali u mportanti mid-dieta tan-nies tal-mediterran. Fi żmien Ġesù kien jintaħan, normalment minn nisa fid-djar stess u jintgħaġen bl-ilma biex jinħema f’ħobż, li nistgħu ngħidu, għadu sa żmienna parti importantissma mill-ikel li nieklu ta’ kuljum. Continue reading “L-Evanġelju tal-Ħadd 17 ta’ Ġunju 2018”