L-Evanġelju tat-Tnejn 18 ta’ Ġunju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 5, 38-42

Tafu x’inhi l-liġi li hi frott tal-ġustizzja tal-bnedmin. Kif tagħmel jagħmlulek. M’hemmx sfida, m’hemmx taqbid, m’hemmx taħbil il-moħħ. Dik hi l-liġi tal-bejgħ, il-bdil tal-azzjonijiet, il-ġustizzja tal-kummerċ li tidher ġusta fost il-bnedmin. Hija progress fuq il-liġi tas-sopravivenza li tgħidlek biex teqred lil min jipprova jattakkak, trażżnu qabel irażżan lilek, il-kompetizzjoni għall-għajxien, li biż-żmien inbidlet fi skuża biex taħkem u teqred lil min taħseb jew timmaġina li jista’ jgħaddik.

2mili

Kienet il-liġi li tiġġustifika kull għemil, li tiskuża kull mibgħeda u kull għira. Alla permezz ta’ Mosè ipprova jiċċiviliżżaha billi jqegħdha f’miżien biex il-kfif jiddeċiedu l-piż tal-vendetta, meqjusa bħala ħlas.

Għal Ġesù l-imħabba ma titlobx ħlas u lanqas għandha truf jew fruntieri. L-imħabba hija erojka għal din ir-raġuni; l-imħabba tħobb lil kulħadd u tħobbu dejjem u għal dejjem.

Forsi hawn min jista’ jaħseb li l-Evanġelista qed iħeġġeġ lill-insara tal-ewwel komunitajiet bie xikunu ġwejfa, biex ma jiqfux lil dawk li kienu jippersegwitawhom biex ma jidħlux f’inkwiet ikbar. Iżda dan li qed jgħid Ġesù mhix soluzzjoni għal min ma jistax jagħmel mod ieħor. Ġesù iħeġġeġ lid-dixxipli biex jagħmlu għażla li jħobbu lil kulħadd, anke lil dawk li jixtiqulhom u jagħmlulhom id-deni. Mhux ġifa min jagħmel din l-għażla iżda atleta qawwi fil-ġirja għall-perfezzjoni, għall-qdusija.

Il-ħajja ta’ min jagħżel li jħobb b’dan il-mod hija sfida għall-ħażin u għal dak li jgħix bih. Mhix sfida ta’ gwerra iżda sfida ta’ għażla. Meta l-bniedem jiddeċiedi b’rieda sħiħa li jħobb akkost ta’ kollox ikun qiegħed jistieden lil min ma jħobbx biex jagħmel għażla oħra. Inti tista’ tħobb ukoll. Inutli nistennew lil ħaddieħor jibda jħobb hu meta aħna m’aniex lesti li nħobbu billi nagħmlu l-ewwel pass, u jekk hemm bżonn it-tieni u t-tielet ukoll. Hija l-isfida li ħafna minna m’aniex nirbħu billi nċedu għall-istinti tal-mibgħeda li jwassluna biex inżebilħu u nkasbru anke lil min imqar naħsbu li hu kontra tagħna.

Fażli ħafna tiġġustifika l-għemil żbaljat tiegħek billi tgħid li ħaddieħor għamel l-istess qablek, jew li qed jagħmel hekk issa. Jekk qed tagħmel bħalu, m’intix aħjar minnu, mela kliemek fil-żejjed u vojt meta tikkritikah. Meta tiġbor il-ħmieġ li tefgħulek u terġa’ titfgħu lura lil min waddabulek, daqsu tkun tħammiġt.

Għan-nisrani, it-tweġiba hija waħda, inħobb kif iħobbni Alla li qatt ma jwaddabli lura l-ħmieġ li tant jien krejattiv biex noħloq u nixħet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.