L-Evanġelju tal-Ġimgħa 22 ta’ Ġunju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 6, 19-23

Jingħad li meta Alessandru l-Kbir, ’il bogħod minn art twelidu, induna li wasal fl-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu stqarr tlit xewqat dwar i l-funeral tiegħu. Ried li t-tabib tiegħu iwassal it-tebut bil-kadavru tiegħu id-dar waħdu biex juri li quddiem il-mewt ħadd ma jista’ jagħmel xejn, lanqas l-aqwa tobba; għall-mewt m’hemmx fejqan.

Ried li l-ġid li kellu fi flus, deheb u fidda, jixterdu fit-triq minn fejn jgħaddi l-funeral tiegħu, għax irrejalizza hu stess, li t-tfittxija għall-ġid tal-art hija ħela taż-żmien u l-ġid tajjeb biss biex jintrifes u ma jwassal imkien iktar mill-qbar. L-aħħar xewqa kienet li idejn il-katavru tiegħu jitħallew imdendla barra mit-tebut; b’idejh vojta ġie u b’idejh vojta telaq. Alessandru l-kbir miet fl-10 jew fil-11 ta’ Ġunju, tlit mija u tlieta u għoxrin sena qabel it-twelid ta’ Ġesù, meta kien għad kellu biss 32 sena.

Hija ħasra l-bniedem jinduna b’dan kollu sewwa sew qabel imut. Li kieku nduna qabel min jaf il-ġid li seta’ għamel kemm kien kbir!

Ġesù jaf sewwa lill-bniedem. Ħobżna ta’ kuljum, agħtina llum, għallimna nitolbu. Xejn iżjed, xejn inqas. Iż-żejjed ma jiswa għal xejn, ħlief biex jaljena lill-bniedem bil-kilba għall-ġid li ssir rebgħa, minn dak li hu veru essenzjali. Mhux importanti kemm tgeddes ġid għalik innifsek, iżda huwa ndispensabbli l-ġid li tagħmel ma’ ħaddieħor.

Tgeddsux għalikom teżori li jitmermru u jsaddu. Taħżnux ġid li jista’ jinsteraq. Aħżen it-teżori tiegħek f’qalbek u fejn ikun hemm it-teżor tiegħek, hemm qalbek ukoll.

Kollox jitkejjel bin-numri tal-ġid li niftaħru li ksibna u ftit li xejn jimpurtana il-ġid kif ksibnieh. F’kull aspett tal-ħajja, f’kull soċjetà, kultant anke fil-Knisja, is-suċċess jitkejjel minn kemm ġbarna, ksibna, akkwistajna. Jimpressjonawna n-numri bis-simbolu tal-flus quddiemhom u dak li jinkiseb b’xejn għax b’xejn jingħata, nwarrbuh u nagħtuh bis-sieq. Minkejja dan is-sliem ul-hena donnhom iktar jitbaxxew milli jogħlew, jonqsu u jisfaw fix-xejn iktar milli jiżdiedu u jsibu l-milja tagħhom fina.

Il-mod kif naraw u nkejlu jifforma dak li hemm f’qalbna u fiha jħalli l-frott.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.