“Nipprova dejjem naqdi din ir-responsabbiltà b’sens ta’ qadi u servizz kbir” – L-Isqof-elett Mons. Galea-Curm

Is-Sibt, 23 ta’ Ġunju 2018: L-ewwel messaġġ tal-Isqof-elett Mons. Joseph Galea-Curmi bħala l-Isqof Awżiljari l-ġdid ta’ Malta. Continue reading ““Nipprova dejjem naqdi din ir-responsabbiltà b’sens ta’ qadi u servizz kbir” – L-Isqof-elett Mons. Galea-Curm”

Mons Joe Galea Curmi maħtur mill-Papa bħala Isqof Awżiljari ta’ Malta

JGC_005.jpgIs-Sibt 23 ta’ Ġunju 2018: Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku ħatar lil Monsinjur Joseph Galea-Curmi Isqof Awżiljari ta’ Malta u nnominah Isqof Titulari ta’ Cebarades. Fil-preżent, Monsinjur Galea-Curmi huwa l-Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Continue reading “Mons Joe Galea Curmi maħtur mill-Papa bħala Isqof Awżiljari ta’ Malta”

Il-Mufti ta’ Aleppo jfaħħar l-Insara

Is-Sibt 23 ta’ Ġunju 2018: Il-Mufti ta’ Aleppo jisfida lit-terroristi; mgħasses bi skorta.

“Fejn jinsabu huma, l-Insara, hemm aktar umanità u ġentilezza u tispikka l-imħabba tal-proxxmu.”

(Aleppo): Tkellimt  mal-Mufti ta ‘Aleppo, Sheikh Mahmud Assam, li hu l-ogħla awtorità reliġjuża u ġuridika ta’ din il-belt. M’hemmx għalfejn wieħed jenfasizza xi jfisser tirrappreżenta l-Musulmani ta’ Aleppo, il-belt martri tal-gwerra ċivili Sirjana imma li hi wkoll il-benniena ta’ l-Islam radikali Sirjan. Continue reading “Il-Mufti ta’ Aleppo jfaħħar l-Insara”

“Persważ li l-Isqof Awżiljarji l-ġdid ikompli jkun ta’ għajnuna fil-ħidma pastorali tad-djoċesi” – L-Arċisqof

Is-Sibt, 23 ta’ Ġunju 2018: Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fit-tħabbira tan-nomina ta’ Isqof Awżiljari ġdid tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Continue reading ““Persważ li l-Isqof Awżiljarji l-ġdid ikompli jkun ta’ għajnuna fil-ħidma pastorali tad-djoċesi” – L-Arċisqof”

L-Evanġelju tas-Sibt 23 ta’ Ġunju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.phpMt 6, 24-34

Faċli nammiraw il-fidi ta’ ħaddieħor u minħabba fiha nqimuh bħala eroj, nagħtuh ġieh, forsi kultant iktar milli jistħoqqlu, għax il-fidi hija don ta’ Alla, li l-bniedem jilqa’ u, bil-grazzja ta’ Alla, jirnexxilu jgħix fil-prattika, fl-iktar ġrajjiet sempliċi u fl-iktar deċiżjonijiet diffiċli fil-ħajja tiegħu. Jekk hemm ġieh li għandu jingħata għall-bniedem tal-fidi mhux lil dak il-bniedem iżda lil Alla li għanih biha. Minn naħa l-oħra tant hu diffiċli għalina li nilqgħu l-istess fidi mogħtija lilna b’imħabba minn Alla u bil-għajnuna tiegħu ngħixuha fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Nemmnu f’Alla imma l-lejaltà tagħna hi lejn dak li noħolqu aħna u niffantastikaw li jista’ jwassalna għall-qofol tagħna. Kull skuża nġibu biex niġġustifikaw l-ipokrisija tagħna, u naħsbu li nitwemmnu, naħsbu li aħna stess qe dnemmnu lilna nfusna.
Continue reading “L-Evanġelju tas-Sibt 23 ta’ Ġunju 2018”

Messaġġ dwar il-valur tal-ħajja mill-Isqof Mario Grech fit-Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf, f’Ta’ Pinu

Is-Sibt 23 ta’ Ġunju 2018: Messaġġ sabiħ dwar il-valur tal-ħajja li ta l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fiċ-Ċelebrazzjoni tat-Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu.

Continue reading “Messaġġ dwar il-valur tal-ħajja mill-Isqof Mario Grech fit-Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf, f’Ta’ Pinu”