Lectio Divina tat-13-il Ħadd. Sena “B”

Vanġelu (Mk 5, 22-43): Fis-silta tal-lum insibu żewġ mirakli straordinarji. Barra li naraw l-aspett uman tagħhom, infittxu l-messaġġ li jrid iwasslilna S. Mark. Biex nagħmlu dan jiħtieġ niflu l-lingwaġġ simboliku li juża’, e.g. il-mara kienet ilha 12-il sena marida, u t-tifla kellha 12-il sena. B’dan Mark qed jirreferi għall-poplu Lhudi li ta’ spiss kien imxebbaħ ma’ mara mbierka minn Alla biex ikollha ħafna tfal. Fil-Bibbja, il-kelma “mbierek” tfisser “tagħti l-ħajja.” In fatti, meta Alla bierek lil Abraham, wiegħdu li uliedu se jkunu numerużi daqs il-kwiekeb tas-sema. Continue reading “Lectio Divina tat-13-il Ħadd. Sena “B””

Adorazzjoni Ewkaristika matul Lulju 2018

Ix-Xahar ta’ Lulju huwa ddedikat lid-Demm Prezzjożissimu ta’ Ġesù. Din hija devozjoni li ftit li xejn hija magħrufa fostna. Nagħmlu tajjeb li nxerrduha fost il-poplu taghna. Kien bid-Demm għażiż tieghu li Ġesù fdiena. Kemm għandna nkunu obbligati lejH! L-Adorazzjonijiet huma mod sublimi kif nuru l-gratitudni tagħna lejn dan l-Akbar Benefattur tagħna. Hawn taħt issib dettalji tal-Adorazzjoni Ewkaristika li ser issir matul Lulju 2018 u li titmexxa mis-Superjur Joe Fenech f’diversi knejjes kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Continue reading “Adorazzjoni Ewkaristika matul Lulju 2018”

L-Evanġelju tat-Tnejn 25 ta’ Ġunju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 7, 1-5

Il-ġustifikazzjoni tad-deċiżjonijiet żbaljati tagħna, ħafna minnhom kultant gravi ħafna, jista’ jkollhom elf ġustifikazzjoni. Imdorrijin bihom mhux għax jagħmluhom magħna biss, iżda għax aħna stess tassew krejattivi fl-invenzjoni tagħhom.

Continue reading “L-Evanġelju tat-Tnejn 25 ta’ Ġunju 2018”

Għaliex għandhom ikunu l-Kappuċċini?

F’dawn l-14-il sena li l-Mulej tani l-grazzja li naħdem direttament u personalment miegħu f’ħutna l-morda spiss iltqajt ma’ min staqsieni din il-mistoqsija: Patri! L-għaliex fl-isptarijiet hemm il-Patrijiet Kappuċċini jaħdem mal-morda? Din minfejn ġiet?

Continue reading “Għaliex għandhom ikunu l-Kappuċċini?”