Il-festa tal-Beatu Nazju Falzon

It-Tlieta, 26 ta’ Ġunju 2018: Fl-okkażjoni tal-festa tal-Beatu Nazju Falzon, fil-knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta ser ikun hemm eżebiti: ir-relikwja li ġiet ippreżentata lill-Papa San Ġwann Pawlu II, f’jum il-beatifikazzjoni; il-kuċċarun, il-baċir u l-plattin bi tliet vażetti li kienu jintużaw fil-magħmudijiet; ir-reġistru tal-magħmudijiet u l-lista tal-kunjomijiet tagħhom; il-pultruna li fuqha miet Nazju Falzon bl-inkwatru ta’ San Ġużepp li kellu wara rasu; l-inkwatru ta’ San Benedettu Ġużeppi Labre—li kien jintefa’ jittallab fil-bieb tal-knisja u li Nazju Falzon kellu devozzjoni kbira lejh u talab li jindilek biż-żejt tal-lampier li kellu jixgħel quddiemu dakinhar li miet. Continue reading “Il-festa tal-Beatu Nazju Falzon”

L-Evanġelju tat-Tlieta 26 ta’ Ġunju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 7, 6.12-14

Il-liġi u l-profeti jġibu l-ordni fejn huma mħaddma u obduti. L-ordni hija ndispensabbli biex ikun hemm il-bilanċ u l-ambjent tajjeb biex kull bniedem jagħeml lill-bnedmin l-oħra dak li jixtiequ li jagħmlu lilu. Kull ħsieb li ġej minn dan il-prinċipju u li jitwettaq, hu opportunità mirbuħa; kull wieħed imwarrab hu opportunità mitlufa.
Continue reading “L-Evanġelju tat-Tlieta 26 ta’ Ġunju 2018”