Il-festa tal-Beatu Nazju Falzon

Print Friendly, PDF & Email

It-Tlieta, 26 ta’ Ġunju 2018: Fl-okkażjoni tal-festa tal-Beatu Nazju Falzon, fil-knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta ser ikun hemm eżebiti: ir-relikwja li ġiet ippreżentata lill-Papa San Ġwann Pawlu II, f’jum il-beatifikazzjoni; il-kuċċarun, il-baċir u l-plattin bi tliet vażetti li kienu jintużaw fil-magħmudijiet; ir-reġistru tal-magħmudijiet u l-lista tal-kunjomijiet tagħhom; il-pultruna li fuqha miet Nazju Falzon bl-inkwatru ta’ San Ġużepp li kellu wara rasu; l-inkwatru ta’ San Benedettu Ġużeppi Labre—li kien jintefa’ jittallab fil-bieb tal-knisja u li Nazju Falzon kellu devozzjoni kbira lejh u talab li jindilek biż-żejt tal-lampier li kellu jixgħel quddiemu dakinhar li miet.

Nazju_Falzon.jpgMal-art hemm ukoll il-lapida li l-membri tas-Servizzi Ingliżi poġġew b’tifkira ta’ Fr Martin Cullen, li kien inġieb Malta biex jħallem l-Ingliż fil-Kulleġġ tal-patrijiet Agostinjani fil-Belt, u wara marda serja li ħakmitu, fuq parir tal-Beatu Nazju Falzon beda jingħaqad mal-membri tal-kongregazzjoni jgħid ir-rużarju kull filgħaxija, u fieq, sar saċerdot u beda jmexxi l-kongregazzjoni wara li mewt ta’ Nazju Falzon.

U dan huwa l-programm tal-festa tal-Beatu Nazju Falzon fil-Knisja tal-Ġiżwiti l-Belt Valletta

 Għada l-Erbgħa, 27 ta’ Ġunju 2018
10:00 – Quddiesa għall-ommijiet bi tfal żgħar
18:00 – Quddiesa għat-tfal tad-Duttrina

Il-Ħamis, 28 ta’ Ġunju 2018
12:00 – Quddiesa bi stedina lill-Avukati

Il-Ġimgħa, 29 ta’ Ġunju 2018
10:00 – Quddiesa għall-morda b’talb għall-grazzja ta’ miraklu

Is-Sibt, 30 ta’ Ġunju 2018
10:00 – Quddiesa għall-membri tas-servizzi
11:00 – Quddiesa bl-Ingliz għall-komunità Ingliża;
18:15 – Rużarju u Quddiesa fis-18:45 bil-partiċipazzjoni tal-Catholic Enquiry Centre

ll-knisja tal-Ġiżwiti hija l-knisja li fiha l-Beatu Nazju Falzon waqqaf il-Kongregazzjoni għall-Membri tas-Servizzi u wassal 650 persuna għall-maghmudija.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading