L-imħabba ta’ Alla tiġi qabel il-liġi u tagħtiha sens

3. Katekeżi dwar il-Kmandamenti mill-Papa Franġisku. 27 ta’ Ġunju 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum, din l-udjenza se tiżvolġi bħall-Erbgħa li għaddew. Fl-Awla Pawlu VI hemm ħafna morda u biex nevitawlhom is-sħana, ħa jkunu iżjed komdi, qagħdu hemm. Imma se jsegwu l-udjenza minn fuq l-iskrin il-kbir, u aħna magħhom, jiġifieri ma hemmx żewġ udjenzi. Waħda biss. Insellmu lill-morda tal-Awla Pawlu VI. U se nkomplu nitkellmu fuq il-Kmandamenti li, kif għidna, iżjed milli kmandamenti huma l-kelmiet ta’ Alla lill-poplu tiegħu biex jimxi tajjeb; kliem kollu mħabba ta’ Missier.

Continue reading “L-imħabba ta’ Alla tiġi qabel il-liġi u tagħtiha sens”

Quddiesa fl-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar fis-6 ta’ Lulju 2018 mill-missjunarju fil-Gwatemala Dun Anton Grech. Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria): fit-8.30pm. Ikun hemm ukoll il-possibilta’ tal-Qrar minn kwarta qabel.

Stqarrija mill-Isqfijiet Maltin dwar il-każ tal-vapur Lifeline

L-Erbgħa, 27 ta’ Ġunju 2018: Stqarrija mill-Isqfijiet Maltin dwar il-każ tal-vapur Lifeline.

Aħna l‑Isqfijiet segwejna l‑ħidma diplomatika li wettaq b’suċċess il‑Gvern Malti fil‑jiem li għaddew biex tinstab soluzzjoni għall‑234 immigrant li jinsabu fuq il‑vapur Lifeline. Continue reading “Stqarrija mill-Isqfijiet Maltin dwar il-każ tal-vapur Lifeline”

10 boroż ta’ studju mill-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi

L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju 2018: Il-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi qed tniedi skema ta’ għaxar boroż ta’ studju biex tinkuraġġixxi persuni jidħlu għal studji postgraduate f’oqsma pastorali fil-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta.

Il-Fondazzjoni, imwaqqfa mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca fl-1988,  fost l-għanijiet tagħha għandha li tippromwovi l-istudju tat-Teoloġija f’Malta.

Fid-dawl ta’ żviluppi riċenti fil-Knisja lokali u b’rabta mal-viżjoni pastorali tal-Papa Franġisku, il-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi tittama li jitħarrġu akkademikament aktar ministri pastorali li jistgħu jagħtu sehem aħjar f’oqsma differenti tal-Knisja.

Għal aktar dettalji wieħed jista’ jidħol fis-sit elettroniku tal-Knisja f’Malta u jagħfas il-ħolqa immarkata.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

L-Evanġelju tal-Erbgħa 27 ta’ Ġunju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 7, 15-20

Il-profeta huwa dak i jwassal il-messaġġ ta’ Alla lill-bnedmin. Fit-Tieni Ktieb tas-Slaten, is-sultan Ħeżekija jmur it-tempju b’ittra ta’ disprezz lil Alla mis-Sultan Senakerib tal-Assirja. Ħeżekija jqiegħed l-ittra fuq l-artal u jagħmel it-talba tiegħu, iżda Alla ma jkellmux direttament; ikellmu b’fomm il-profeta Iżaija bin Amos. Continue reading “L-Evanġelju tal-Erbgħa 27 ta’ Ġunju 2018”