Isqof Malti ieħor fl-Awstralja

Il-Ħamis 28 ta’ Ġunju 2018: L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljarji-elett Joseph alea-Curmi jifirħu lil Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci, għall-ħatra mill-Papa Franġisku ta’ Isqof tad-Djoċesi ta’ Darwin fl-Awstralja. L-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit-talb għall-Isqof-elett biex il-Mulej jagħtih l-għajnuna f’din il-missjoni ġdida tiegħu. Continue reading Isqof Malti ieħor fl-Awstralja

Ħatra ta’ 14-il Kardinal ġdid

Il-Ħamis 28 ta’ Ġunju 2018: Waqt konċistorju ordinarju fi Pjazza San Pietru illum waranofsinhar il-Papa Franġisku ħatar 14-il kardinal ġdid, ġejjin minn 11-il pajjiż differenti Franġisku kien ħabbar l-ismijiet tal-porporati l-ġodda mit-tieqa tal-Palazz Appostoliku wara r-reċita tar-Regina Coeli fl-20 ta’ Mejju li għadda. Continue reading Ħatra ta’ 14-il Kardinal ġdid

L-Evanġelju tal-Ħamis 28 ta’ Ġunju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 7, 21-29

X’inhi din id-differenza bejn kif kien jitkellem Ġesù u dawk li li kienu jiktbu, jinterpretaw u jfissru l-liġi. Normalment hemm differenza kbira bejn meta jitkellem awtur fuq xogħlu u kritiku li janalizzah. L-awtur jitkellem inn qalbu dwar dak li kiteb u l-kritiku jitkellem bħala spettatur, xi ħadd barrani li jitkellem mit-tħejjija akkademika li ħa. Continue reading L-Evanġelju tal-Ħamis 28 ta’ Ġunju 2018