L-Evanġelju tal-Ħamis 28 ta’ Ġunju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 7, 21-29

X’inhi din id-differenza bejn kif kien jitkellem Ġesù u dawk li li kienu jiktbu, jinterpretaw u jfissru l-liġi. Normalment hemm differenza kbira bejn meta jitkellem awtur fuq xogħlu u kritiku li janalizzah. L-awtur jitkellem inn qalbu dwar dak li kiteb u l-kritiku jitkellem bħala spettatur, xi ħadd barrani li jitkellem mit-tħejjija akkademika li ħa.

Jista’ jkun ukoll, meta wieħed iqis dak li qal Ġesù fis-silta ta’ qabel din, li min jitkellem dwar dak li fassal ħaddieħor, ikun qed iqarraq bi ħsieb. In-nies jistgħaġbu, imma l-istorja tgħallimna li, għalkemm kliem l-awtur jingħoġob u biż-żmien jingħata raġun, l-għażla dejjem taqa’ fuq Barabba. X’misteru hu dal-bniedem!

Mulej! Mulej! Nistgħu inwerżqu u ngħajtu kemm nifilħu; Alla ma jismax id-diwi tal-kliem iżda t-taħbit tal-qalb, iktar u iktar meta dak li joħroġ mill-fomm mhux ġej mill-milja tal-qalb. Għal darb’oħra Ġesù jfaħħar il-lejaltà u l-awtentiċità tal-bniedem li jista’ jkun sieket u fommu magħluq, imma qalbu hija f’id Alla li jiggwida t-taħbit tagħha. Il-bniedem ta’ fidi ġenwina hu għal qalb ta’ Alla, anke jekk jiżbalja jew jidneb, għax jagħraf li waħdu ma jista’ jagħmel xejn. L-umiltà tnissel il-ġenwinità u l-lejaltà lejn dak li hu veru u allura hija stabbli dejjem. L-ipokrisija trawwem is-suppervja u l-abbuż kontinwu tal-verità u allura hija terremot kontinwu fil-ħajja ta’ min hu falz u f’dawk ta’ madwaru.

Is-sikrana titħalla tikber mal-qamħ, iżda jum il-ħsad jasal għal kulħadd. Il-qamħ jintaħan biex isir ħobż li jagħti l-ħajja, is-sikrana ma hi tajba għa xejn ħlief biex issir irmid li jixtered mar-riħ. Kull bniedem jista’ jintrefa’ ’l fuq kemm jista’, iżda min jintrefa’ ’l fuq, meta jasal il-waqt, tisbita kbira jieħu. Il-kastelli fl-arja kulħadd jista’ jibnihom iżda l-kastelli fl-arja m’għandhomx pedamenti li jżommuhom, sisien li jorbtuhom mal-blat sod.

Min jisma’ kliemi u jagħmel dak li jisma ikun bħal min bena daru fuq il-blat. Jiġri x’jiġri ma jiżcara u jistabat qatt, għax is-sisien jorbtuh mas-sod. Il-kliem u l-wegħdi tal-bnedmin jgħaddu, u sakemm jgħaddu, ħafna drabi jġarbtu bħal urugan minn fejn jgħaddu, iżda l-kelma tal-Mulej tibqa’ għal dejjem. L-illużjoni tal-għerf, id-dawl jgħammex tal-loġika tal-bniedem qarrieq li jwasslu għal tfassil ta’ ħajja li tbiddel il-forma minn ħin għall-ieħor, huma r-ramel u r-ramel jiċċaqlaq, taħfnu fil-ponn ta’ jdejk u iktar kemm tagħfsu, iktar jaħrablek minn bejn subgħajk.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.