Papa Franġisku jagħti sorpriża lill-foqra u lil dawk ta’ bla dar b’ilka tal-Kardinal il-ġdid

cq5dam-thumbnail-cropped-750-422.jpegIl-Ġimgħa, 29 ta’ Ġunju 2018: Filwaqt li l-Kardidal il-ġdid Konrad Krajewski, kien qed jagħmel ikla lill-foqra u dawk ta’ bla dar f’Ruma f’ikla l-Ġimgħa filgħaxija, il-Papa Franġisku tahom sorpriża billi mar iżurhom u ngħaqad magħhom f’din iċ-ċelebrazzjoni bħala mistieden.

Ara aktar dettalji minn hawn … https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2018-06/pope-francis-dinner-poor-homeless-krajewski.html

Nitolbu li nkunu verament Insara Kattoliċi b’ħarsa u bis-sejħa universali għall-qdusija tħeġġeġ f’qalbna

Il-Ġimgħa, 29 ta’ Ġunju 2018: fid‑9:30 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fis‑Solennità ta’ San Pietru u San Pawl, fil‑Katidral tal‑Imdina. Continue reading “Nitolbu li nkunu verament Insara Kattoliċi b’ħarsa u bis-sejħa universali għall-qdusija tħeġġeġ f’qalbna”

‘All you have to do is always to Love’

Short Reflection by George Calleja

Everyday and in every moment of our lives we are called to Love.  Love is to be given to others in every situation we find ourselves in. In the good experiences and even in the difficult situations we are to give Love to others. Continue reading “‘All you have to do is always to Love’”

L-Evanġelju tal-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 16:13-19

Fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippi ma kienux joqgħodu ħafna Lhud li kienu diġa semgħu b’Ġesù. Kienet art miżgħuda b’reliġjonijiet differenti minħabba l-karattru kummerċjali tal-belt li kien iġib miegħu nies minn bliet oħra mxerrda mad-dinja magħrufa sa dakinhar. Jista’ jkun li Ġesù tbiegħed mill-folol biex, fil-kwiet, ikollu iktar ħin mad-dixxipli.
Continue reading “L-Evanġelju tal-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju 2018”

It-tifla li għallmittni tagħlima kbira

It-tfal tabilħaqq huma għalliema kbar. Taħseb li ma jgħallmukx. Imma, fl-innoċenza tagħhom, jgħaddulek tagħlimiet tassew kbar. Tagħlimiet li jibqgħu miegħek tul ħajtek kollha. Biex jakkumpanjawk. U, wara li jieħdu ż-żmien tagħhom, jibdluk! L-għaliex, fihom infushom, m’għandhomx ħażen. Għalhekk dak li jgħaddulek hu, tabilħaqq, ġenwin! Continue reading “It-tifla li għallmittni tagħlima kbira”