L-Evanġelju tat-Tlieta 31 ta’ Lulju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 13, 36-43

Ġesù ħalla n-nies u mar id-dar u mdawwar mid-dixxipli tiegħu, dawk ta’ ġewwa, iweġibhom għall-mistoqsija li kiemu għamlulu. Iżda jtemm l-ispjegazzjoni tiegħu bil-kliem: min għandu widnejn ħa jisma’. Continue reading “L-Evanġelju tat-Tlieta 31 ta’ Lulju 2018”

Sentejn ilu inqatel Fr Jacques Hamel

It-Tnejn 30 ta’ Lulju 2018: Sentejn ilu, ezattament fis-26 ta’ Lulju, 2016, żewġ żgħażagħ affiljati mal-grupp terroristiku tal-Istat Iżlamiku kienu ħanxru għonq Patri Jacques Hamel waqt li kien qed jiċċelebra l-quddiesa f’Saint-Etienne-du-Rouvray, fit-tramuntana ta’ Franza.  Hekk kien miet das-sċerdot manswet u twajjeb,li kien jaħdem ħafna għall-għaqda. Continue reading “Sentejn ilu inqatel Fr Jacques Hamel”

Il-Papa dwar il-futur fid-dawl tal-passat

It-Tnejn 23 ta’ Lulju 2013: Wieħed ma jistax jifhem il-futur jekk ma jirriflettix fuq il-passat u fuq l-istorja u t-tradizzjonijiet li għaddewlna minn ġenerazzoni għall-oħra.

Dan qalu l-Papa Franġisku f’messaġġ reġistrat fuq vidjow li kien ippubblikat mill-Vatikan ftit jiem ilu, li ntbagħat lil għadd ta’ adolexxenti mill-Karibew li f’dawn il-jiem qed jiltaqgħu f’konferenza sponsorjata mill-Konferenza Episkopali tal-Antilles. Continue reading “Il-Papa dwar il-futur fid-dawl tal-passat”

Lectio Divina tat-18 Ħadd. Sena “B”

Vanġelu (Ġw 6, 24-35): Ftit versi qabel is-silta tal-lum insibu li Ġesu baqa’ fuq l-għolja waqt li d-dixxipli niżlu ħdejn il-baħar, rikbu d-dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor. Il-baħar qam sew u beda jonfoħ riħ qawwi. Ġesu deher miexi fuq l-ilma u qalilhom: “Jiena hu, la tibżgħux.” Kif kien tielgħa fuq id-dgħajsa, din messet l-art. Din id-dgħajsa ta’ Pietru qed iġġorr l-ewwel komunita’ li, kuntrarju għall-folla mitmugħa minn Ġesu, aċċettaw il-proposta tiegħu għal dinja ġdida. Din titlob impenn qawwi u diffiċli u, kull tant, ta’ qtigħ il-qalb. Imma b’Ġesu magħhom. il-biża’, l-irwiefen u l-qtigħ il-qalb jgħibu. Continue reading “Lectio Divina tat-18 Ħadd. Sena “B””

L-Evanġelju tat-Tnejn 30 ta’ Lulju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 13, 31-35

Il-ħobż huwa parti essenzjali u mportanti mid-dieta tan-nies tal-mediterran. Fi żmien Ġesù kien il-qamħ kien jintaħan, normalment minn nisa fid-djar stess u jintgħaġen bl-ilma biex jinħema f’ħobż, għadu sa żmienna parti importantissma mill-ikel li nieklu ta’ kuljum. Continue reading “L-Evanġelju tat-Tnejn 30 ta’ Lulju 2018”