Minn Fr Michael Bugeja

L-Evanġelju tal-Ġimgħa 6 ta’ Lulju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 9, 9-13

Kien jismu Mattew. Jiftakar fil-mument meta ħajtu nbidlet ta’ taħt fuq.

Rah. Ma kinetx l-ewwel darba. Hu stess kien iħallas it-taxxi bħal ma kien obligat jagħmel kulħadd. Din id-darba ma kienetx bħas-soltu. Minflok ġie biex jagħtih, ġie biex jitolbu jagħti; mhux taxxi iżda ħajtu. Rah. Ħarsa u sejħa. Il-ħarsa kienet tfisser sejħa.

Ejja warajja ma tfissirx biss qum min hemm u imxi warajja. Tfisser ħafna iżjed minn hekk. Tfisser li riedu miegħu kull fejn ikun għax hekk jistma lill-ħbieb tiegħu. Tfisser li minn dak il-ħin qatt ma kien se jkun waħdu iktar. Ejja warajja, mhix passiġġata, mixja flimkien; hija tisħib sħiħ, inkunu ħaġa waħda. Riedhom jibqgħu miegħu. Is-sejħa mhix impjieg. Il-kobor tal-imħabba fis-sejħa mhux il-ġieħ tal-promozzjoni iżda l-għaqda sħiħa bejn dak li jsejjaħ u dak li jwieġeb. Ejja warajja. Ibqgħu miegħi. Jiena magħkom dejjem.

Ejja warajja mhix sejħa għall-eroj iżda għall-marid biex jikseb saħħa li qatt ma ħaseb li jista’ jkollu; għad-dgħajjef li jaqa u jaħseb li ma jistax iqum. Ejja warajja u dak li hu tiegħi isir tiegħek kif jien għandi dak li hu tal-Missier. Hija stedina biex mill-uman ordinarju nissieħbu fid-divin straordinarju. Hija sejħa għall-qabża kwalitattiva, biex kif hu ssieħeb magħna f-n-natura tagħna l-bnedmin hekk aħna nissiħebu fin-natura tiegħu ta’ Alla.

Id-dinja ma tifhimx ; min hu barrani ma jifhimx u għalhekk jiskandaliżżaw ruħhom, għax hija sejħa lil hinn minn normalità, mill-ordinarju, minn dak li jagħmel kulħadd. U jekk id-dinja ma tiskandaliżżax ruħha, twarrab, tinjora jew tiddisprezza lil min iqum minn wara l-mejda tat-taxxi u jibda miexi fid-dlam tad-dinja biex joħroġ fid-dawl ta’ Alla, li d-dinja ma tagħarfx.

Id-dinja qatt ma tasal li tagħraf li għandha bżonn it-tabib jekk mhux meta tkun fl-għafja tal-mewt, meta li timxi jkun jidher li sar impossibli. Iżda is-sejħa ‘ejja warajja’ ma timmutax lanqas hemm. Għax min hu marid jeħtieġ min ifejqu.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s