Il-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tniedi skema ta’ boroż ta’ studju biex tgħin lil dawk il-persuni li jixtiequ jkomplu l-istudji postgradwatorji tagħhom f’oqsma pastorali. L-għan ta’ din l-iskema hu li aktar lajċi jitħarrġu akkademikament sabiex jagħtu sehemhom fil-Knisja u fis-soċjetà.
Għas-sena akkademika 2018-2019, il-Fondazzjoni qed toffri għaxar boroż ta’ €2,000
għal min japplika għal dawn il-korsijiet (part-time) fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta:
- Diploma Postgradwatorja fil-Psikoloġija Pastorali (Postgraduate Diploma in
Pastoral Psychology) - Master fit-Tmexxija Kattolika tal-Iskejjel (Master of Arts in Catholic School
Leadership) - Master fil-Formazzjoni tal-Fidi Nisranija (Master of Arts in Christian Faith Formation)
- Master fil-Ministeru Pastorali tal-Familja (Master of Arts in Family Ministry)
- Master fid-Dritt Kanoniku Matrimonjali (Master of Arts in Matrimonial Canon Law)
- Master fl-Istudji Reliġjużi (Master of Arts in Religious Studies)
- Master fl-Ispiritwalità (Master of Arts in Spirituality)
- Master fl-Akkumpanjament Spiritwali (Master of Arts in Spiritual Companionship)
- Master fit-Teoloġija (Master of Arts in Theology)
- Master fil-Ministeru Pastorali taż-Żgħażagħ (Master of Arts in Youth Ministry)
L-applikazzjonijiet għall-boroż ta’ studju jagħlqu fil-15 ta’ Settembru 2018. Aktar dettalji dwar l-iskema u l-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn fuq www.um.edu.mt/theology.