Minn Fr Michael Bugeja

L-Evanġelju tat-Tlieta 10 ta’ Lulju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 9, 32-38

Tgħid x’nemmnu? Dak li jgħidu dawk li raw u stagħġbu, jew lil dawk li ma ċaħdux dak li raw imma dawruh kif jaqblilhom?

Ma jitwemminx il-qerq tal-bniedem li jrid idawwar il-fatti skont dak li jaqbel lilu u biex ikisser u jeqred il-verità. Tant ma jitwemminx li, ħafna li jisimgħuh u ma jobsrux li l-bniedem għandu l-ħila jasal fejn jasal, li jemmnu dak li jgħid anke meta dak li jgħid imeri l-fatti magħrufa u m’għandux provi ta’ dak li qed jgħid.

Il-fariżej ma ċaħdux li Ġesù keċċa l-ispirtu ħażin mir-raġel, anzi jikkonfermawha b’dak li jgħidu, iżda minflok jirringrazzjaw lil Alla, li qigħed jaħdem fost il-poplu tiegħu b’id Ġesù Kristu, jippruvaw jitfgħu dell ikraħ u tqil fuq Ġesù stess. Għal dak li hu l-Iben ta’ Alla, jgħidu li hu bin ix-xitan. Emmnuhom in-nies? In-nies ta’ Nazaret, ma marrux wisq ’il bogħod. Il-messaġġ għoġobhom iżda ma fdawx lil min wasslu. Nemmnuhom nies bħal dawn illum? Kif nispjegaw il-mibgħeda li tintiret u tgħaddi minn bniedem għall-iħeor lejn bnedmin li lanqas biss ikunu jafuhom! Illum iktar minn qatt qabel, bil-mezzi kollha li nistgħu nużaw għall-ġid u b’godardija kbira, naqbdu fatt u norbtu miegħu intenzjoni, donna naqraw l-imħuħ. Min ta lili f’idejk, għandu ħtija akbar.

Ġesù jinjorahom kif jixirqilhom. Qatt ma jinjora lil ħadd ħlief lil dawk li jużaw id-don tal-intelliġenza biex iqarrqu u jimmanipulaw il-ħsieb tal-bnedmin. Mhux ta’ min jagħti kashom u jiżbalja bl-ikrah min iħallihom jikkundizzjunawlu ħajtu.

Lanqas jaqtgħulu qalbu. Il-ministeru tat-tħabbir tal-verità huwa iktar utli. Il-verità tingħaraf minn kulħadd u kulħadd jaf li għandu bżonnha u għalhekk jixtieq ikun immexxi minnha, iżda hemm min jissagrifika dan il-bżonn u din ix-xewqa tiegħu fuq l-artal tal-idolatrija ta’ bnedmin li jagħmlu lilhom infushom allat biex jaħkmu u jitgħollew. Min irid tassew il-ġid? Min jippriedka u jgħidx l-imħabba biex iġib l-għaqda jew min iqarraq biex jiżra’ l-mibgħeda u jnissel il-firda? Iblah il-bniedem li jgħid li m’hemmx Alla, iżda huwa ħafna iktar iblah il-bniedem li jqim lil alla li joħloq lilu nnifsu.

Ġesù jimagħhom u ma jagħtix kas, iżda jara n-nies u jitħassarhom. Jitħassarhom u jgħinhom. Fejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu. Kienu qishom nagħaġ bla ragħaj għax ħafna drabi minflok min imexxihom ħallew lil min iħarbathom u jiżgwidahom. Itolbu lil sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema fil-ħsad tiegħu. La l-ħaddiema huma meħtieġa għall-ħsad mhux għaż-żara’, jfisser li ż-żara’ seħħet, l-art kienet tajba u x-xita saqqiet l-art. Il-benna tal-frott qiegħda hemm, imma m’hemmx min jiġbor il-frott tal-art biex b’xogħlu jibdlu f’ħobż li jgħajjex. Il-ħaddiema huma meħtieġa biex dan il-frott ma jintilef qatt u kullimkien.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s