L-Evanġelju tat-Tnejn 9 ta’ Lulju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 9, 18-26

Mattew huwa xott ħafna fid-dettalji. Donnu iktar jimpurtah mill-essenza ta’ dak li jirrakonta iktar mid-dettalji li jsawru l-istorja.

Jaħsadna biż-żjara tal-kap tas-Sinagoga, li ma jgħidilniex x’jismu. Il-kap jinxteħet f’riġlejh għax bintu kienet għada kif mietet. Missier li għadu kemm tilef lill-bintu tifla jista’ jasal biex jiddispra, jinħakem minn niket tiegħu, ta’ martu u dawk kollha ta’ madwaru. Il-piż tal-ġrajja kollha jaqa’ fuqu u n-niket jiftaħ ferita kbira li tista’ twasslu wkoll biex jeħodha kontra Alla. Iżda it-tbatija kbira li kien qed iġarrab dan il-kap tas-Sinagoga, wassluh biex jagħmel dak li qatt ma basar li seta’ jagħmel; jitlob l-impossibli mingħand dak li kien jaf li jekk jissieħeb miegħu, seta’ jiġbed iż-żeblih tas-soċjetà li kien jgħix fiha, it-tmaqdir tal-istituzzjoni li tagħha kien uffiċjal imlaħħaq. It-tbatija tnessi r-rispetti u l-kalkoli tas-soltu u ġġibhom fix-xejn.

Dan ir-raġel irraġuna li ma kellu xejn iktar x’jitlef, jipprova u jipprova b’konvinzjoni, jitlob lil Ġesù, li kien jagħmel ħwejjeġ kbar, iżda, fl-Evanġelju skont San Mattew, qatt ma qajjem lil ħadd mill-mewt. Mal-folol madwar Ġesù, ma’ martu u mal-familja u l-qraba u l-ħbieb tiegħu, dak li mar jitlob mingħand Ġesù dan ir-raġel, kien ġenn; timbru wieħed biss seta’ jakkwista: miskin tilef lil bintu u magħha tilef moħħu. Imma int ejja qiegħed idejk fuqha u hija tgħix. Jekk ma tkunx il-fidi li twassal bniedem f’dik is-sitwazzjoni biex ikun daqshekk ċar fit-talba impossibli tiegħu, x’irid ikun!

Ġesù jilqa’ t-talba tiegħu u jobdilil dan il-missier. Ftit qabel smajnieh jgħid lil Mattew ‘ejja warajja’ iżda hawn jitlaq hu wara dan il-Missier. Il-vokazzjoni ta’ Ġesù li jtaffi u jxejjen it-tbatija tintrebaħ mill-fiduċja assoluta ta’ dan il-bniedem imnikket. U l-bniedem, anke fi żmienna, jagħlaq il-bieb f’wiċċ ħuh li fil-ħin tat-tbatija jitolbu jħenn għalih.

Fit-triq, hemm tbatija oħra. Mara li għal tnax-il sena sħaħ kienet marida bit-tnixxija tad-demm. Il-kundizzjoni ta’ din il-mara ma nafux sewwa sew x’kienet. Iżda nafu li meta mara tnixxi d-demm fiċ-ċiklu tagħha, kienet magħrufa bħala n-‘niddah’ li tfisser il-‘mifruda’, dik li hi maqtugħa għax mhix safja. Mhux biss ma steax ikollha x’taqsam ma’ raġel, iżda ma setgħetx tidher quddiem in-nies, maqtugħa għal kollox, sakemm iddum it-tnixxija, u sakemm wara t-tnixxija tgaħmel il-ġasil ritwali li jsaffiha mill-ġdid, mill-bqija tas-soċjetà. Dan kien salib regulari għal kull mara aħseb u ara meta dan is-salib idum iktar minn tnax-il sena sħaħ.

Il-każ tagħha tant huwa ddisprat li hi ukoll tikser in-normi tad-drawwiet ta’ ġensha u tagħmel ġennata; tidħol fil-folla u tinħeba fiha u temmen li jekk tmiss it-tarf tal-libsa ta’ Ġesù tfiq u fil-fatt fieqet. Il-fidi ta’ din il-mara f’Ġesù hija mqanqla wkoll mit-tbatija tagħha. Mhux biss fieqet mill-marda tagħh, iżda setgħet ukoll terġa lura għall-ħajja normali tagħha fil-kommunità. Ħafna drabi t-tbatija hija t-triq li twassalna biex nemmnu u nagħmlu dak li qatt qabel ma bsarna li nagħmlu.

Ġesù jinduna iżda ma jiksirhiex quddiem kulħadd, ma jikxifhiex. Juriha biss li jaf u apprezza l-fidi tagħha.

Il-fejqan tal-mara raddilha lura l-ħila li tgħix mal-oħrajn u l-qawmien tat-tifla mill-mewt raddilha lura l-ħila li tikber fi ħdan il-familja tagħha, tibdlilhom in-niket tagħhom f’hena u tkun ta’ ferħ għalihom. Mhux li kien kull bniedem jagħmel hekk ma ħuh.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.