Fl-Arġentina iqum il-poplu taż-“żewġ ħajjiet”

Print Friendly, PDF & Email

It-Tlieta 10 ta’ Lulju 2018: U mill-bażilika ta’ Lujan jibgħat messaġġ qawwi lis-Senat fejn għadha kif bdiet id-diskussjoni dwar abbozz ta’ liġi fuq l-abort li għadda mill-Kamra tad-Deputati b’maġġoranza minima.

F’ġurnata xemxija rari wara ġranet kesħin u xitwija, il-Knisja Arġentina għamlet sejħa lill-Pajjiż, li ma jridx il-liġi tal-abort, biex jinġabar fil-Bażilika nazzjonali ta’ Lujan biex, qabel xejn, jitlob – għaliex il-Knisja temmen fil-qawwa speċjali tat-talb – u sabiex turi lis-senaturi li l-maġġoranza tal-popolazzjoni, u għalhekk il-kostitwenti tagħhom, hija kontra l-abbozz approvat ix-xahar li għadda fil-Kamra tal-Parlament. Bi tweġiba għall-appell tal-Isqfijiet, serbut twil ta’ karozzi tal-linja, mill-provinċja kbira ta’ Buenos Aires, wasslu l-eluf fil-pjazza tal-Bażilika, li tinsab madwar sittin kilometru bogħod mill-kapitali Buenos Aires.

Il-meeting ta’ Lujan huwa prova li l-Knisja tan-nazzjon tal-Papa għażlet li jkollha sehem iktar attiv qabel il-ftuħ tat-tieni sessjoni, din id-darba fil-Kamra tas-Senat, wara l-“iva” tad-deputati fil-lejl tal-14 ta’ Ġunju bis-saħħa tad-daqqa li taw dawk il-ftit leġiżlaturi li fi ftit sigħat minn “le” għall-abbozz tal-liġi biddlu fehemtom u qalu “iva”. L-argumenti deċiżivi mressqa mill-isqof Oscar Vicente Ojea fl-omelija tiegħu fil-pjazza tal-bażilika kienu kontra l-abort. Ojea ġabar bosta argumenti mressqa f’dawn l-aħħar xhur mill-front ta’ dawk kontra l-abort u li fil-fehma tiegħu jistħoqqilhom jitqiegħdu fuq quddiem nett fil-ġimgħat li ġejjin. Bi kiem imqanqal huwa lmenta li din se “tkun l-ewwel darba li tiġi ddettata fl-Arġentina u fi żminijiet ta’ demokrazija, liġi li tagħmel leġittima l-eliminazzjoni ta’ bniedem minn bniedem ieħor”.

Huwa mbagħad ikkwota lill-Papa sabiex l-abort għandu jkun meqjus f’orizzont iktar wiesa’ ta’ theddid kontra l-ħajja u għalhekk l-avversarji tal-abort għandhom ikunu impenjati bl-istess enerġija: “Il-difiża tal-innoċenti li għadu ma twelidx għandha tkun ċara, soda u kollha ħeġġa għax fin-nofs hemm id-dinjità tal-ħajja umana, dejjem qaddisa u dan tesiġih l-imħabba għal kull persuna lil hinn mill-iżvilupp tagħha” hu u jikkwota mill-enċiklika Evangelii Gaudium. “Iżda daqshekk ieħor hija sagra l-ħajja tal-foqra li huma diġà twieldu, kif dawn iqed ibatu l-faqar, l-abbandun; it-traffikar tal-persuni, ewtanasja moħbija fil-morda u l-anzjani mingħajr kura, il-forom ġodda ta’ skjavitù u forom ta’ esklużjoni.” Il-President tal-Isqfijiet tal-Arġentina għamel enfasi fuq il-ħtieġa li “jinstabu soluzzjonijiet ġodda u kreattivi sabiex l-ebda mara ma tirrikorri għal għażliet li ma jkunu ta’ soluzzjoni għal ħadd.” Waħda minn dawn is-soluzzjonijiet kreattivi, speċifikament imsemmija fid-diskors tiegħu, kienet dik ta’ “ċentri ta’ rkupru taż-żgħażagħ iddrogati, ta’ ċentri fil-kwartier, tal-Hogar ta’ Kristu”, mħeġġa minn Bergoglio fiż-żmien li kien Arċisqof ta’ Buenos Aires u li issa huma kważi laħqu l-mija fil-pajjiż kollu bi żvilupp differenti iżda kollha impenjati ħafna r-realtà ta’ emarġinazzjoni minn fejn jitwieled it-teħid tad-droga.

Biex jisimgħu l-kliem ta’ Monsinjur Ojea, fil pjazza ta’Lujan, kien hemm numru sabiħ minn dak il-moviment tas-saċerdoti tal-villas tal-miżerja li qanqlu il-mobilizzazzjoni kontra l-abort f’ċertu sens li x’aktarx lanqas ma kien mistenni min-naħa opposta, moviment pro-ħajja tradizzjonali f’xejra ta’ konservatiżmu politiku u soċjali.

F’Lujan, bħal fil-manifestazzjonijet l-aktar periferali, it-22 qassis preżenti fil-villas ta ‘Buenos Aires u l-madwar, flimkien ma’ madwar mija li huma rikonoxxuti fl-ambjent nazzjonali, immobilizzaw bil-qawwa s-settur l-aktar umli tal-popolazzjoni li magħhom qed jgħaddu ħajjithom u pprovdew lid-dibattitu b’kontenut li ppenetra fil- profond anke f’oqsma fejn l-argumenti favur il-ħajja ma tantx għandhom għeruq. Li turi, per eżempju, il-kontradizzjoni ta’ dawk il-Peronistas li jattakkaw gvern għax jissellef 50,000 miljun dollaru mill-Fond Monetarju Internazzjonali u japprova fl-istess ħin il-liġi tal-abort mixtieqa mill-president Macri, jew il-kontradizzjoni ta’ min fil-gvern tal-ġurnata, jgħid li hu kontra l-abort u mbagħad jpoġġih fuq l-aġenda tal-prijoritajiet nazzjonali, billi jtellgħu mil-limbu fejn kien ilu mixħut għal ħafna snin.

Fl-aħħar prova leġiżlattiva il-peronizmu jinsab maqsum, kif maqsuma hija wkoll il-koalizzjoni. Fil-front pro-abort hemm min irid li l-ħin għad-diskussjoni ikun qasir biex fid-dawl tar-riżultat fil-Kamra b’qabża waħda jingħelbu l-perikli tat-tieni dibattitu f’kuntest, dak tal-Senat, inqas lest li jaqbad u japprova mingħajr ma jqis xejn, tout court. Min-naħa l-oħra hemm dawk li jsejħu għal-veto presidenzjali u hemm min qed jitlob referendum biex probabilment idawru vot li bih fergħa tal-parlament Arġentin approvat b’maġġoranza minima, u ma jonqosx is-suspett li kienu mixtrija ċerti konsensi, il-liġi dwar l-abort li s-Senat għadu kemm irċieva wirt għat-tieni eżami.

Il-ġurnal ewlieni ta’ kuljum El Clarin, li warajh hemm il-grupp medjatiku l-aktar f’saħħtu, qed jappoġġa l-liġi biex l-abort ikun ħieles u mingħajr ħlas u diġà qed iqajjem riservi dwar il-legalità ta’ referendum li jista’ jkun propost sabiex l-istess liġi tiġi sottomessa għall-opinjoni popolari. Bl-argument li “d-drittijiet” – u li ta’ mara li jkollha abort huwa kkunsidrat bħala tali – ma jkunx dejjem tajjeb f’demokrazija, li jkunu sootoposti għal plebixxit popolari. Imma forsi mhux se jkun hemm bżonn la ta’ veto presidenzjali improbabbli, u lanqas ta’ referendum popolari. Fil-Senat, fil-preżent, il-front tal-kunsens baqa’ fejn kien u ’l bogħod ħafna mill-maġġoranza li hjia neċessarja biex tapprova dak li l-Kamra approvat bi trasparenza dubjuża. Fil-probabbiltà kollha, wara li l-anatemi kollha jkunu twettqu – u dawk tal-front favur l-abort huma iktar ġellidija u storbjużi minn ta’ dawk li huma għalkollox kontra – il-liġi ser tirritorna għall-punt tat-tluq fil-waqt li ġġorr magħha għadd ta’ emendi..

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading