Minn Fr Michael Bugeja

L-Evanġelju tal-Erbgħa 11 ta’ Lulju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 19:27-29

Ħokkli dahri u nħokklok dahrek ħaseb Pietru u disgħa u disgħin fil-mija, ħasbu hekk sħabu imma beżgħu jistaqsu. Hekk naħseb jien u hekk naħsbu ħafna minna met anħarsu lejn l-isforzi li nagħmlu biex nilqgħu il-verità u ngħixuha.

Dak li tfisser din il-mistoqsija ta’ Pietru dak li jfissru l-mistoqsijiet tagħna huwa li l-verità, minkejja l-isforzi għadha ma rabbietx għerqu fina; tfisser li aħna għadna naħsbu kif jaħseb kull bniedem mhux kif jaħseb Alla; tfisser li għadna mtebbgħin bl-egoiżmu tagħna li jżommna milli nafdaw, milli nintelqu għal kollox f’idejh; tfisser li għadna nagħżlu x’nemmnu u lil liema mill-kliem ta’ Ġesù nagħtu importanza u liema nwarrbu; tfisser li naħsbu li qed nagħmlu xi pjaċir lil Alla għax iniweġbu għas-sejħat tiegħu biex inħobbuh u nafdawh; tfisser li l-imħabba f’moħħna għadha ‘business’, inħobbok biex tħobbni, nagħtik biex tagħtini, inkella ħabbat bieb ieħor.

Ħadd ma jagħmel xejn għal xejn, niffilosofizzaw aħna. U dan ma napplikawhx biss bejnietna l-bnedmin, iżda napplikawh għal Alla wkoll.  F’qalbna, lkoll nemmnu li, għalkemm Alla tana lil Ibnu u allura kollox miegħu, għadu midjun magħna, għandu jtina u jekk ma jagħtiniex ligħandu jtina fil-pront, ngħoddulu l-interessi u l-multi. Imn’Alla ma jirraġunax bħalna.

Sakemm nibqgħu nittieħdu mill-mentalità tad-drittijiet, ma nistgħu qatt ngħixu l-esperjenza tal-imħabba li minnha tiġi l-fidi. Min jaħseb kemm se jieħu ma’ jista’ qatt iħobb għax l-imħabba tagħti u ma tistennix lura. Min jaħseb kemm se jieħu lura mhux vera jħobb. Nistgħu inġarlaw u nippridkaw għal sigħat sħaħ: jekk f’moħħna hemm tarġa għola jew but itqal, kollu ta’ xejn; inkunu qed ngħaddu biż-żmien lilna nfusna. Alla jaf, ħaddieħor jinduna, iżda jekk aħna ngħixu mingħalina li nħobbu u nemmnu, aħna stess nisfaw vittma tal-illużjoni li noħolqu.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s