Monsinjur Enrico Dandria: Qassis, politiku u patrijott

Is-sena li għaddiet ġew imfakkra żewġ anniversarji importanti fil-ħajja ta’ Monsinjur Enrico Dandria. Jiġifieri il-125 sena minn twelidu u l-85 sena minn mewtu. Monsinjur Dandria kien saċerdot mogħni b’ħafna virtujiet. Kien ukoll edukatur, patrijott u politiku. Fil-fatt kien ministru tal-Edukazzjoni u l-kultura. Il-kittieb Max Farrugia fakkar lil dan is-sacerdot umli, għaqli u ħabbrieki b’riċerka interessanti li ġiet ippubblikata fil-ktieb Enrico Dandria: Qassis, Politiku, Patrijott. Continue reading “Monsinjur Enrico Dandria: Qassis, politiku u patrijott”

Papa Franġisku joħloq sorpriża u jiċċelebra ż-żwieġ

L-Erbgħa 18 ta’ Lulju 2018: Ħadd donnu ma ried jemmen, il-Papa Franġisku instab fis-sagristija tal-Knisja ta’ Santo Stefano degli Abissini fil-Vatikan fejn kien sejjer jiġi ċċelebrat iż-żwieġ bejn gwardja Żvizzera u tfajla Brażiljana. Minn intervista ma’ Padre Renato Dos Santos: “Fih rajt il-vera kappillan, bil ħlewwa u t-tenereza kollha tiegħu” Emanuela Campanile – Silvonei Protz  Continue reading “Papa Franġisku joħloq sorpriża u jiċċelebra ż-żwieġ”

Il-Konċistorju ta’ nhar il-Ħamis li ġej u x’qegħdin jaħsbu l-ġurnali

It-Tlieta 17 ta’ Lulju 2018: Nhar il-Ħamis li ġej, fl-10.00 a.m., il-Papa Franġisku se jippresjiedi Konċistorju Ordinarju Pubbliku sabiex jittieħed vot dwar il-kawża ta’ kanonizzazzjoni ta’ lajk naplitan. Eżattament, stqarrija uffiċjali kienet tgħid hekk “Il-Papa Franġisku se jippresjiedi ċ-ċelebrazzjoni tat-Terz’Ora u l-Konċistorju Ordinarju Pubbliku dwar il-kanonizzazzjoni tal-Beatu Nunzio Sulprizio, lajk.” Continue reading “Il-Konċistorju ta’ nhar il-Ħamis li ġej u x’qegħdin jaħsbu l-ġurnali”

L-Evanġelju tal-Erbgħa 18 ta’ Ġunju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 11, 25-27

Talba oħra ta’ Ġesù li nisbu fl-Evanġelju ta’ San Mattew; talba li mhix poploari bħal ma hi l-Missierna li Ġesù jgħallem lid-dixxipli tiegħu kemm bħala talba u kemm bħala struttura tat-talb li fuqha tinbena r-relazzjoni bejn Alla u l-bniedem li jitlobha u bejn il-bniedem li jitlobha u ħutu l-bnedmin. Continue reading “L-Evanġelju tal-Erbgħa 18 ta’ Ġunju 2018”