Papa Franġisku joħloq sorpriża u jiċċelebra ż-żwieġ


L-Erbgħa 18 ta’ Lulju 2018: Ħadd donnu ma ried jemmen, il-Papa Franġisku instab fis-sagristija tal-Knisja ta’ Santo Stefano degli Abissini fil-Vatikan fejn kien sejjer jiġi ċċelebrat iż-żwieġ bejn gwardja Żvizzera u tfajla Brażiljana. Minn intervista ma’ Padre Renato Dos Santos: “Fih rajt il-vera kappillan, bil ħlewwa u t-tenereza kollha tiegħu” Emanuela Campanile – Silvonei Protz 

fr1_tiegNhar is-Sibt li għadda, il-Papa Franġisku ċċelebra tieġ. Imma l-vera aħbar tikkonsisti fis-sorpriża: il-qassis Brażiljan, Padre Renato dos Santos, ma kien jaf xejn dwar dan, bħall-bqija ta’ dawk preżenti. Meta daħal fis-sagristija biex iħejji għaċ-ċelebrazzjoni, sab il-Papa jistenna bilqiegħda u jitbissem. “Qatt fil-ħajja tiegħi, ma ħsibt li se nsib il-Papa fis-sagristija,” kif stqarr fl-intervista mal-Vatikan News.

Fatt mhux tas-soltu Is-sorpriża kienet li f’dak il-waqt, skont ma irrakkonta is-saċerdot “in-nies bdew jistaqsu lil xulxin jekk dak li raw quddiemhom kienx tabilħaqq Papa Franġisku. “Rajtu tassew bħala veru kappillan – issokta P. Renato – li jieħu ħsieb in-nagħaġ tiegħu fil-parroċċa. Hu dejjem hekk għamel”.

L-omelija fi tliet kelmiet “Tibdew”, “tieqfu”, “timxu ‘l quddiem” huma l-kliem, it-tliet kunċetti li l-Papa ippreżenta u spjega fil-omelija sabiex jkunu  jistgħu jgħixu  ż-żwieġ fil-milja tiegħu, “dan juri – reġa’ tenna Padre dos Santos – li l-Papa Franġisku għandu għal qalbu il-valur taż-żwieġ. Hu għandu mħabba għal dan is-sagrament li jagħti bidu għall-familja u jixtieq li Alla ikun iċ-ċentru ta’ kollox. ”

Rapport ta’ Louis Spiteri

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.