L-Evanġelju tal-Ħamis 19 ta’ Lulju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 11, 28-30

It-tama ssir faraġ u l-faraġ isir serħan.

Hawn xi ħadd mhux imħabbat u mtaqqal!

It-taħbit jiġi ħafna bnadi, l-iktar iebes huwa dak li jiġi minn ġewwa, minna nfusna; taħbit li ma jħalliniex kwieti, mistrieġa u fil-paċi. Hemm it-taħbit tagħna bħala ndividwi, it-taħbit li jxekkilna mill-ambjenti u s-soċjetà li ngħixu fiha, ikatr u iktar meta nsibu lilna nfusna neħduha kontra l-kuurent tal-moda tal-ħsieb tal-għajbien tal-valuri u tal-mentalità tad-drittijiet mogħtija li joħolqu għatx u kilba għal iktar u t-taħbit li jfixkilna anke fil-Knisja fejn, kultant, dak li hu sagru u qaddis, dak li hu ta’ Alla jintuża mill-bnedmin biex jgħaffġu u jifirdu.

Kulħadd iħoss it-toqol tiegħu; it-toqol li ġej mill-piż tiegħu innifsu u t-toqol li jkollu jitgħabba bih matul it-triq; it-toqol tal-ħajja u t-toqol tal-imgħoddi msorr f’qatgħet matul is-snin. Ħadd ma jista’ jgħid li t-toqol tiegħu u itqal jew eħfef minn ta’ ħaddieħor għax kulħadd irid iġorr it-toqol tiegħu, u iktar iva milli le, meta jibda jagħafas fuq il-moħħ u fuq il-qalb bħal donnu jiżdied fil-piż u l-kobor. L-espressjoni li ngħidu lil xulxin ‘hawn min hu agħar minnek’ ma tikkonsla lil ħadd.

L-ewwel ma jagħmel Ġesù hu li jipprova jiġbidna lejh. Ejjew għandi. Is-soltu jgħidilna biex immorru warajh, biex inkunu miegħu u biex ikollna garanzija li qatt m’aħna weħidna, iżda hawn qed jgħidilna bie ximmorru għandu, nersqu lejh. ‘Ejja warajja’ tindika moviment, mixja. ‘Ejjew għandi’ tindika waqfien, serħan, mistrieħ. Ġesù jieqaf mill-mixja tiegħu minħabba fina bie xnersqu lejh, immorru għandu. Il-waqfien tiegħu ifisser il-waqfien tagħna miegħu iserraħna għax nieqfu, iserraħna għax hu magħna, jwennisna u joħloqna mill-ġdid, jagħtina ħajja ġdida, enerġija ġdida.

Neħħu minn fuqkomil-piż li ħloqtu għalikom infuskom u tgħabbew bit-toqol ħafif tal-madmad tiegħi. Il-madmad iżommna flimkien kif kien iżomm lill-barrin li jużaw għall-ħrit tar-raba. It-toqol tal-madmad ta’ Ġesù huwa ħafif imma jżommna flimkien immexxijin minnu f’direzzjoni waħda li tħejji l-art għaż-żara’; huwa l-madmad tal-imħabba.

Tgħallmu minni, fil-fatt, għax jien ta’ qalb ħelwa u umli u f’dan l-ambjent ruħkom tistrieħ.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.