Konkors għaż-żgħażagħ ta’ films kattoliċi


Il-True Light Catholic Media Foundation qed torganizza konkors bl-isem ta’ ‘Maltese Catholic Film Contest’ għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin bejn l-14 u l-24 sena.33222832_710490502624628_3936661655080927232_o

Il-parteċipanti huma mħeġġa joħolqu film ispirat mill-fidi Kattolika. Numru ta’ ġudikaturi (fosthom Fr Brendan Gatt u Matthew Sammut minn ICE) u l-pubbliku ser ikunu qed jivvotaw għall-aħjar film. Il-films għandhom jiġu sottomessi sal-aħħar ta’ Settembru 2018. Ir-rebbieħa ser jiġu ppremjati.

Dan il-proġett iħeġġeġ lil żgħażagħ Kattoliċi biex jinvolvu ruħhom b’mod attiv fil-produzzjoni ta’ midja li tippermettilhom jaqsmu l-fidi Kattolika ma’ sħabhom, u fl-istess ħin biex jitgħallmu aktar dwar il-fidi Kattolika u kif jikkomunikawha mal-oħrajn.

Tista’ ssib aktar dettalji dwar dan il-konkors fuq il-websajt www.tlcm.com.mt jew mill-paġna fuq Facebook Maltese Catholic Film Contest.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.