Il-Papa dwar in-nirien fil-Greċja

L-Erbgħa 25 ta’ Lulju 2018: Il-Papa Franġisku lbieraħ esprima d-dieqa tiegħu għall-ħafna mwiet ikkawżati minn nirien qawwija qrib il-kapitali Griega Ateni. F’telegramma indirizzat lill-awtoritajiet ekkleżjastiċi u ċivili mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin f’isem il-Papa qal li huwa jestendi s-solidarjetà tiegħu lejn dawk kollha milquta minn din it-traġedja filwaqt li afda lill-erwieħ tal-vittmi lill-imħabba t’Alla l-Imbierek u offra inkoraġġament lill-awtoritajiet ċivili u lill-iskwadri tal-emerġenza fl-isforzi tagħhom biex isalvaw kemm jista’ jkun persuni. Continue reading Il-Papa dwar in-nirien fil-Greċja

L-Evanġelju tal-Erbgħa 25 ta’ Lulju 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 20:20-28

Jekk Ġwanni u Ġakbu kienu ulied ir-ragħad minħabba t-temperament ta’ missierhom Żebedew, gur ma kienux ulied il-mistħija minnħabba ommhom. Marret quddiem Ġesù magħhom it-tnejn u nxteħtet quddiemu. Ir-riħa ta’ x’kien ġej kienet tinxtamm minn seba’ mili bogħod, iżda Ġesù, li żgur xamm iktar minn kulħadd, ma rreżiżtix anzi staqsieha: xi trid? Qatt ma jagħlaq widnejh għat-talb ta’ min irid jitolbu xi ħaġa anke jekk b’arroganza jew b’wiċċ sfiq. Continue reading L-Evanġelju tal-Erbgħa 25 ta’ Lulju 2018