Il-Papa dwar in-nirien fil-Greċja


L-Erbgħa 25 ta’ Lulju 2018: Il-Papa Franġisku lbieraħ esprima d-dieqa tiegħu għall-ħafna mwiet ikkawżati minn nirien qawwija qrib il-kapitali Griega Ateni. F’telegramma indirizzat lill-awtoritajiet ekkleżjastiċi u ċivili mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin f’isem il-Papa qal li huwa jestendi s-solidarjetà tiegħu lejn dawk kollha milquta minn din it-traġedja filwaqt li afda lill-erwieħ tal-vittmi lill-imħabba t’Alla l-Imbierek u offra inkoraġġament lill-awtoritajiet ċivili u lill-iskwadri tal-emerġenza fl-isforzi tagħhom biex isalvaw kemm jista’ jkun persuni.

grecja

L-għadd tal-vittmi issa tela’ għal 80 għalkemm mistenni jkompli jiżdied hekk kif qed jinstabu aktar vittmi maħruqa fid-djar u dawn il-persuni tilfu ħajjithom fir-reġjun Attica madwar Ateni. Iż-żona li ntlaqtet l-aktar hija Mati, belt turistika fejn il-baħar li tiġbed ħafna turisti u li issa mill-ajru tidher hija ntlaqtet minn bomba nukleari. Fost il-vittmi hemm nisa u tfal li kienu qed jiġru lejn il-baħar biex jaħarbu min-nirien iżda li ma rnexxielhomx jaħarbu. Instabu maħruqa mgħannqin flimkien.

Il-fjammi qed jixterdu b’rata mgħaġġla minħabba rfiewen qawwija li qed ixekklu mhux ftit l-isforzi biex jiġi kkontrall in-nar. Mijiet ta’ djar u eluf ta’ karozzi nqerdu għal kollox u ħafna huma l-persuni midruba. Hemm nies li kellhom iqattgħu l-lejl fil-baħar u huwa maħsub li xi persuni għerqu meta nġarru ‘l barra mir-riħ qawwi.

Il-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras temm ħesrem żjara uffiċjali fil-Bożnija biex imur lura Ateni fejn sejjaħ dawn in-nirien bħala traġedja nazzjonali u wiegħed li se ssir investigazzjoni bir-reqqa.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.