L-Evanġelju tal-Ġimgħa 27 ta’ Lulju 2018

Print Friendly, PDF & Email

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 13, 18-23

Ġesù jirrifletti permezz ta’ din il-parabbola – il-bidwi li ħareġ jiżra’ u li fiha jgħidilna x’jiġri miż-żerriegħa. Hija riflesjoni fuq il-kelma li ġie biex iwassal. Hu stess ifisser dak likien qed jgħid. Hu kien jaf x’qed iseħħ, iżda ried lil dawk li jisimgħuh jifhmu huma wkoll.

Il-bidwi ħareġ jiżra u ż-żerriegħa waqgħet fuq art differenti minn oħra. Kull tip ta’ art hija spjegata biex Ġesù ma jħallix dubju dwar dak li kien qed jgħid.

L-ewwel ħaġa li toqlotna hi li l-bidwi ried jiżra kullimkien. Mhux jaħdem bl-addoċċ, iżda qed joffri l-opportunità lil kulħadd, li lest li jisma. Ir-rejazzjoni hija differenti u r-rejazzjoni tħalli r-riżultat. Mhux qed jitkellem biss dwar kategoriji ta’ nies, imma wkoll dwar rejazzjonijiet differenti mill-istess individwu jew mill-istess komunità. Daqqa nirrejaġixxu mod u daqqa nirrejaġixxu mod ieħor.

Il-kelma qiegħda hemm dejjem għal kulħadd. Alla ma jaqta’ qalbu minn ħadd u jagħti ċans dejjem lil kulħadd.

One thought on “L-Evanġelju tal-Ġimgħa 27 ta’ Lulju 2018”

  1. sabiha s-sentenza Alla ma jaqta qalbu minn hadd. ghamlitli hafna kuragg. grazzi

Leave a Reply to Christine VellaCancel reply

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading