Il-programm tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Joseph Galea-Curmi


Il-programm tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Joseph Galea-Curmi.

452968-740xnone.jpg

Il‑Ġimgħa, 3 ta’ Awwissu 2018 ‑ Velja ta’ talb fil‑knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara

7:30 p.m. L‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi velja ta’ talb bi tħejjija għall‑Ordinazzjoni Episkopali tal‑Isqof Awżilarju l‑ġdid ta’ Malta. Matul il‑velja, Mons. Joseph Galea‑Curmi jagħmel l‑istqarrija tal‑fidi u jieħu l‑ġurament tal‑fedeltà. Jieħu sehem ukoll in‑Nunzju Appostoliku, l‑Arċisqof Alessandro D’Errico. Matul il‑velja l‑Arċisqof Scicluna jbierek l‑insinji episkopali (il‑baklu, il‑mitra u ċ‑ċurkett) li ser jintużaw l‑għada waqt l‑Ordinazzjoni Episkopali. Il‑velja ta’ talb ser tixxandar ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

Is‑Sibt, 4 ta’ Awwissu 2018 – L‑Ordinazzjoni Episkopali fil‑Katidral tal‑Imdina

6:40 p.m. L‑Arċisqof ta’ Malta u l‑Isqfijiet l‑oħra flimkien mal‑Isqof Elett jimxu mill‑Palazz tal‑Arċisqof sal‑Katidral tal‑Imdina fejn jiġu milqugħa mill‑membri tal‑Kapitlu Metropolitan. L‑Arċisqof u l‑Isqof Elett jimxu sal‑kappella tas‑Santissmu Sagrament għal mument qasir ta’ talb.

7:00 p.m. Tibda l‑Quddiesa Solenni tal‑Ordinazzjoni mmexxija mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna. L‑Isqfijiet Koordinanti huma l‑Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. u l‑Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq TVM2 u fuq il‑YouTube Channel tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

Is‑Sibt, 11 ta’ Awwissu 2018 – Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr fil‑knisja parrokkjali ta’ Ħal Balzan

7:00 p.m. L‑Isqof Awżiljarju jmexxi Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr lil Alla mal‑komunità ta’ Ħal Balzan fejn ilu jagħti servizz pastorali għal dawn l‑aħħar 27 sena.

Arranġamenti għat-trasport għall-ordinazzjoni episkopali
Il‑Kurja tal‑Arċisqof qed torganizza servizz ta’ park and ride b’xejn lil kull min jixtieq jattendi għall‑Quddiesa tal‑Ordinazzjoni Episkopali, mis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù, sal‑Imdina, u lura. Is‑servizz jibda mis‑Seminarju fil‑5:30 p.m., u lura mill‑Imdina fl‑10:30 p.m. Kull min jixtieq jagħmel użu minn dan is‑servizz għandu jaħseb kmieni u wkoll jibgħat SMS fuq 79747300 bl-isem u l-kunjom ta’ kull persuna li ser tuża dan is-servizz.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.