L-Evanġelju tat-Tlieta 31 ta’ Lulju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 13, 36-43

Ġesù ħalla n-nies u mar id-dar u mdawwar mid-dixxipli tiegħu, dawk ta’ ġewwa, iweġibhom għall-mistoqsija li kiemu għamlulu. Iżda jtemm l-ispjegazzjoni tiegħu bil-kliem: min għandu widnejn ħa jisma’.

Waqt li qed ikellem lid-dixxipli tiegħu, fl-intimità tad-dar u jgħid dan il-kliem, ifisse rli mhux biżżejje dtkun dixxiplu biex tisma’, mhux biżżejjed tkun dixxiplu biex tifhem, mhux biżżejjed tkun dixxiplu biex issir tiddi bħax-xemx fs-Saltna tal-Missier.

Id-dixxipulat huwa mixja ta’ tagħlim. Dixxiplu minn ‘discere’ bil-latin ifisser titgħallem. Jista’ jitgħallem kulħadd, u kulħadd jista’ jgħid li tgħammed, iżda mhux bilfors kulħadd jgħix dak li jitgħallem. Hemm min jagħżel li jgħix tagħlim ieħor, anke dak li jqarraq, kif tagħmel is-sikrana miżrugħa mill-għadu tal-verità. Hemm min tant ikun mgħallem, li jagħraf idur mat-tagħlim li jkun ħa u jużah biex jagħti l-impressjoni li miexi fit-triq ispirata mit-tagħlim filwaqt li jkun sejjer hu u jiġbed miegħu lil ħaddieħor f’direzzjoni bil-maqlub ta’ fejn irid iwassal it-tagħlim: hemm fejn ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien; mhux biss dispjaċir għal dak li jkun seħħ, iżda wkoll id-disperazzjoni tal-illużjoni li jkun għex u l-vojt li ġġib magħha.

L-ispjegazzjoni tal-parabbola li kien qal Ġesù, tidher li fiha diġa l-esperjenza tat-tnawwir minn ġewwa, ta’ min jgħid li hu dixxiplu u b’għemilu juri li jkun qed jinqeda b’dak li sar jaf biex iħaxxen il-bwiet tal-fama u s-setgħa tiegħu. Dan hu il-qarrieq u bin il-giddieb li jilbes il-maskra tad-dixxiplu bie xjikseb li jrid; iħabbat fuq sidru u jifraħ għax jirnexxilu jqarraq, ibaxxi għajnejh bl-umiltà li tidher u f’qalbu jithenna bil-kisbiet qarrieqa tiegħu.

Noqgħodu attenti. Faċli nippuntaw sebgħajna lejn ħaddieħor, u faċli ħafna nippreżentaw lilna nfusna ’l fuq minn kull dgħufija u ħtija. Waqt li nagħmlu hekk inkunu qed insiru dixxipli tal-qerda tagħna nfusna u ta’ dawk li jemmnuna.

Ikun ħafna aħjar li tgħid li m’intix Nisrani milli tgħid li inti u tagħmel bil-maqlub.

Min għandu widnejn, ħa jisma’.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.