Membru parlamentari Kopt jiġġieled għad-drittijiet tal-Insara fl-Eġittu

Il-Ġimgħa 3 ta’ Awwissu 2018:  Emad Gad huwa Membru tal-Kamra tad-Deputati Eġizzjana u professur tax-xjenza politika fl-Università tal-Kajr. Membru tal-Knisja Koptika Ortodossa, huwa rrappreżenta lill-Partit Eġizzjan Ħieles matul bosta leġislaturi fil-Parlament. Minħabba d-difiża tiegħu tad-drittijiet    tal-Insara, huwa ġarrab regolarment fastidju u wkoll ġie emarġinat. Fl-istqarrijiet u l-kitbiet tiegħu, hu ta’ spiss ikkritika l-awtoritajiet talli naqsu milli jipproteġu lill-Insara Koptiċi tal-Eġittu minn attakki vjolenti, ta’ spiss fatali, u li ma jagħmlux aktar biex jiggarantixxu d-drittijiet u l-libertajiet tal-Insara bħala ċittadini. Continue reading “Membru parlamentari Kopt jiġġieled għad-drittijiet tal-Insara fl-Eġittu”

Live: Velja ta’ talb lejlet l-ordinazzjoni episkopali ta’ Mons. Joseph Galea Curmi

Il-Ġimgħa, 3 ta’ Awwissu, 2018: Illejla fis-7:30pm, fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, ser issir velja ta’ talb immexxija mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, lejlet l‑ordinazzjoni episkopali ta’ Mons. Joseph Galea‑Curmi bħala l‑Isqof Awżiljarju l‑ġdid ta’ Malta. Continue reading “Live: Velja ta’ talb lejlet l-ordinazzjoni episkopali ta’ Mons. Joseph Galea Curmi”

L-Evanġelju tal-Ġimgħa 3 t’Awwissu 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 13, 54-58

Aħna nsejħu lilna nfusna Nsara, dawk li huma msieħba ma’ dak li ġej minn Nazaret u ħafna minna kburin b’dan l-isem, għalkemm mhux dejjem nagħmlulu ġieh. Iżda San Mattew jidher li n-nies ta’ Nazaret impressjonawh ħafna b’ħaġa waħda: in-nuqqas ta’ fidi tagħhom. Tfixklu minħabba f’Ġesù u dak li qal u għamel. Continue reading “L-Evanġelju tal-Ġimgħa 3 t’Awwissu 2018”